+Artikolu 6 Konsorzji
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.
---+Artikolu 6 7.
---+Artikolu 6 8.

Artikolu 6 Konsorzji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
Il-manifatturi, minbarra l-manifatturi li jkunu ngħataw deroga taħt l-Artikolu 10, jistgħu jiffurmaw konsorzju bil-għan li jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 4.
Artikolu 6 2.

Il-ftehim dwar l-iffurmar ta' konsorzju jista' jirrigwarda sena kalendarja waħda jew aktar bil-kundizzjoni li l-perjodu kumplessiv ta' kull ftehim ma jaqbiżx il-ħames snin kalendarji u għandu jibda fi jew qabel il-31 ta' Diċembru fl-ewwel sena kalendarja li fiha jkunu se jingħaqdu l-emissjonijiet. Il-manifatturi li jiffurmaw konsorzju għandhom jirreġistraw mal-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-manifatturi li se jiġu inklużi fil-konsorzju;

(b) 

il-manifattur nominat bħala l-amministratur tal-konsorzju li se jkun il-punt ta' kuntatt għall-konsorzju u se jkun responsabbli għall-ħlas ta' kwalunkwe primjum għal emissjonijiet eċċessivi li jiġi impost fuq il-konsorzju f'konformità mal-Artikolu 8;

(c) 

evidenza li l-amministratur tal-konsorzju se jkun kapaċi jissodisfa l-obbligi msemmijin fil-punt (b);

(d) 

il-kategorija ta' vetturi rreġistrati bħala M1 jew N1 u li għalihom għandu japplika l-konsorzju.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, jista’ jintlaħaq ftehim biex jiġi ffurmat konsorzju li jkopri s-sena kalendarja 2025 jew 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Artikolu 6 3.
Jekk l-amministratur propost tal-konsorzju jonqos milli jissodisfa r-rekwiżit li jħallas kwalunkwe primjum għal emissjonijiet eċċessivi li jiġi impost fuq il-konsorzju f'konformità mal-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-manifatturi.
Artikolu 6 4.
Il-manifatturi inklużi f'konsorzju għandhom jinfurmaw flimkien lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla li ssir tal-amministratur tal-konsorzju jew tal-istatus finanzjarju tagħha, sal-punt li dan jaffettwa l-kapaċità tagħha li tissodisfa r-rekwiżit li tħallas kwalunkwe primjum għal emissjonijiet eċċessivi li jiġi impost fuq il-konsorzju f'konformità mal-Artikolu 8 u bi kwalunkwe bidliet fis-sħubija tal-konsorzju jew ix-xoljiment tal-konsorzju.
Artikolu 6 5.

Il-manifatturi jistgħu jidħlu f'arranġamenti ta' konsorzju bil-kundizzjoni li l-ftehimiet jikkonformaw mal-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE u jippermettu l-parteċipazzjoni miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja f'termini kummerċjalment raġonevoli minn kwalunkwe manifattur li jitlob li jsir membru tal-konsorzju. Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà ġenerali tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għal konsorzji bħal dawn, il-membri kollha ta' konsorzju għandhom jiżguraw b'mod partikolari li ma jsir l-ebda skambju ta' data u lanqas ta' informazzjoni fil-kuntest tal-arranġament tal-konsorzju tagħhom, għajr fir-rigward tal-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2;

(b) 

il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi;

(c) 

l-għadd totali ta' vetturi rreġistrati.

Artikolu 6 6.
Il-paragrafu 5 ma għandux japplika jekk il-manifatturi kollha inklużi fil-konsorzju ikunu parti mill-istess grupp ta' manifatturi konnessi.
Artikolu 6 7.
Ħlief fejn tingħata notifika taħt il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-manifatturi f'konsorzju li fir-rigward tiegħu tiġi reġistrata l-informazzjoni mal-Kummissjoni għandhom jitqiesu bħala manifattur wieħed għall-finijiet tat-twettiq minnhom tal-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 4. L-informazzjoni dwar il-monitoraġġ u r-rappurtaġġ fir-rigward ta' manifatturi individwali kif ukoll ta' kwalunkwe konsorzju ser tiġi rreġistrata, irrappurtata u mqiegħda għad-dispożizzjoni fir-reġistru ċentrali msemmi fl-Artikolu 7(4).
Artikolu 6 8.
Il-Kummissjoni tista' tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-kundizzjonijiet dettaljati li għandhom japplikaw għal arranġamenti ta' konsorzji stabbiliti skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.