|
+Artikolu 7 4. |
Artikolu 7 4.Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ċentrali tad-data rrapurtata mill-Istati Membri taħt dan l-Artikolu u, sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, għandha tikkalkula għal kull manifattur fuq bażi proviżorja:
(a)
l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fis-sena kalendarja preċedenti;
(b)
il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja preċedenti;
(c)
id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fis-sena kalendarja preċedenti u l-mira tiegħu ta' emissjonijiet speċifiċi għal dik is-sena. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika kull manifattur bil-kalkolu proviżorju għal dak il-manifattur. In-notifika għandha tinkludi data għal kull Stat Membru dwar l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda reġistrati u l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tagħhom. Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|