+Artikolu 7 Monitoraġġ u rappurtar tal-emissjonijiet medji
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 6a.
---+Artikolu 7 7.
---+Artikolu 7 8.
---+Artikolu 7 9.
|
Artikolu 7 Monitoraġġ u rappurtar tal-emissjonijiet medji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
Għal kull sena kalendarja, kull Stat Membru għandu jirreġistra informazzjoni għal kull karozza tal-passiġġieri ġdida u kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida li tiġi rreġistrata fit-territorju tiegħu skont il-Parti A tal-Annessi II u III ta' dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-manifatturi u l-importaturi jew ir-rappreżentanti nominati tagħhom f'kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-korpi tar-rappurtaġġ jaħdmu b'mod trasparenti. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri li ma jkollhomx l-approvazzjoni tat-tip konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jitkejlu u jiġu reġistrati fiċ-ċertifikat ta' konformità.
|
|
Artikolu 7 2.
|
Sat-28 ta' Frar ta' kull sena, kull Stat Membru għandu jiddetermina u jittrażmetti lill-Kummissjoni l-informazzjoni elenkata fil-Parti A tal-Annessi II u III fir-rigward tas-sena kalendarja preċedenti. Id-data għandha tintbagħat skont il-format speċifikat fil-Parti B tal-Anness II u l-Parti C tal-Anness III.
|
|
Artikolu 7 3.
|
Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom ukoll jibagħtu s-sett sħiħ ta' data miġbura skont il-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 7 4.
|
Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ċentrali tad-data rrapurtata mill-Istati Membri taħt dan l-Artikolu u, sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, għandha tikkalkula għal kull manifattur fuq bażi proviżorja:
(a)
l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fis-sena kalendarja preċedenti;
(b)
il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi fis-sena kalendarja preċedenti;
(c)
id-differenza bejn l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 fis-sena kalendarja preċedenti u l-mira tiegħu ta' emissjonijiet speċifiċi għal dik is-sena.
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika kull manifattur bil-kalkolu proviżorju għal dak il-manifattur. In-notifika għandha tinkludi data għal kull Stat Membru dwar l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda reġistrati u l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tagħhom. Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament.
|
|
Artikolu 7 5.
|
Il-manifatturi jistgħu, fi żmien tliet xhur minn meta jiġu nnotifikati dwar il-kalkolu proviżorju taħt il-paragrafu 4, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żbalji fid-data, fejn jispeċifikaw l-Istat Membru li fih huma jqisu li jkun seħħ l-iżball. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kwalunkwe notifika mill-manifatturi u għandha, sal-31 ta' Ottubru, tikkonferma jew temenda l-kalkoli proviżorji taħt il-paragrafu 4.
|
|
Artikolu 7 6.
|
L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti għall-ġbir u l-komunikazzjoni tad-data ta' monitoraġġ skont dan ir-Regolament u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorità kompetenti nominata. L-awtoritajiet kompetenti nnominati għandhom jiżguraw il-korrettezza u l-kompletezza tad-data trażmessa lill-Kummissjoni, u għandhom jipprovdu punt ta' kuntatt li għandu jkun disponibbli biex iwieġeb malajr għat-talbiet mill-Kummissjoni biex jiġu indirizzati żbalji u ommissjonijiet fid-'datasets' trażmessi.
|
|
Artikolu 7 6a.
|
Meta l-Kummissjoni ssib li d-data proviżorja ppreżentata mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafu 2, jew id-data nnotifikata mill-manifatturi f'konformità mal-paragrafu 5, tkun ibbażata fuq data mhux korretta fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip jew fiċ-ċertifikati tal-konformità, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, lill-manifattur u għandha titlob lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, lill-manifattur biex joħorġu dikjarazzjoni ta' korrezzjoni li tispeċifika d-data kkoreġuta. Id-dikjarazzjoni ta' korrezzjoni għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni u d-data kkoreġuta għandha tintuża biex jiġu emendati l-kalkoli proviżorji skont il-paragrafu 4.
|
|
Artikolu 7 7.
|
Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tadotta regoli dettaljati għall-monitoraġġ u r-rappurtar tad-data fil-paragrafi minn 1 sa 6 ta' dan l-Artikolu, u dwar l-applikazzjoni tal-Annessi II u III. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
|
|
Artikolu 7 8.
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 sabiex temenda r-rekwiżiti tad-data u l-parametri tad-data stabbiliti fl-Annessi II u III.
|
|
Artikolu 7 9.
|
L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jirrappurtaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni devjazzjonijiet misjuba fl-emissjonijiet ta' CO2 ta' vetturi fis-servizz meta mqabbla mal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 indikati fiċ-ċertifikati tal-konformità b'riżultat ta' verifiki mwettqa skont l-Artikolu 13. Il-Kummissjoni għandha tqis dawk id-devjazzjonijiet biex tikkalkula l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' manifattur. Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rappurtar ta' devjazzjonijiet bħal dawn u biex dawn jitqiesu fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0631
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|