Att delegat adottat skont
►M5
Artikolu 7(8), l-Artikolu 7a(2), l-Artikolu 10(8), l-Artikolu 11(1), ir-raba' subparagrafu, l-Artikolu 13(4), l-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(8) u (9)
◄ għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.