2. L-interess tal-Unjoni għandu jiġi determinat abbażi ta' analiżi ekonomika mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibbaża dik l-analiżi fuq l-informazzjoni miġbura mingħand il-partijiet interessati. Meta tiddetermina l-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tfittex ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li hija tqis neċessarji, u għandha, b'mod partikolari, tqis il-fatturi stabbiliti fl-Artikolu 12(1). L-informazzjoni għandha titqies biss jekk tkun appoġġata minn evidenza attwali li tissostanzja l-validità tagħha.