+Artikolu 3 Interess tal-Unjoni
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5

Artikolu 3 Interess tal-Unjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   Determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 13(2) għandha ssir mill-Kummissjoni abbażi ta' evalwazzjoni tal-interessi diversi kollha li huma rilevanti fis-sitwazzjoni partikolari, meqjusa flimkien. Meta jkun qed jiġi ddeterminat l-interess tal-Unjoni, għandha tingħata prijorità lill-ħtieġa li jiġu protetti l-interessi tal-konsumatur u li jinżamm livell għoli ta' konnettività għall-passiġġieri u għall-Unjoni. Fil-kuntest tal-katina sħiħa tal-avjazzjoni, il-Kummissjoni tista' tqis ukoll fatturi soċjali rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-ħtieġa li tiġi eliminata l-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni, sabiex terġa' tiġi stabbilita kompetizzjoni effettiva u ġusta, u sabiex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni għas-suq intern.

Artikolu 3 2

2.   L-interess tal-Unjoni għandu jiġi determinat abbażi ta' analiżi ekonomika mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibbaża dik l-analiżi fuq l-informazzjoni miġbura mingħand il-partijiet interessati. Meta tiddetermina l-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tfittex ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li hija tqis neċessarji, u għandha, b'mod partikolari, tqis il-fatturi stabbiliti fl-Artikolu 12(1). L-informazzjoni għandha titqies biss jekk tkun appoġġata minn evidenza attwali li tissostanzja l-validità tagħha.

Artikolu 3 3

3.   Determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni għall-fini tal-punt (b) tal-Artikolu 13(2) għandha ssir biss fejn il-partijiet interessati kollha jkunu ngħataw l-opportunità li jagħmlu lilhom infushom magħrufa, li jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub, li jippreżentaw l-informazzjoni lill-Kummissjoni jew li japplikaw biex jinstemgħu mill-Kummissjoni, f'konformità mal-iskadenzi speċifikati fil-punt (b) tal-Artikolu 4(8). Talbiet għal smigħ għandhom jispjegaw ir-raġunijiet li jappartjenu għall-interess tal-Unjoni li fir-rigward tagħhom il-partijiet jixtiequ li jinstemgħu.

Artikolu 3 4

4.   Il-partijiet interessati msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu jistgħu jitolbu li l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom x'aktarx jiġu bbażati d-deċiżjonijiet jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom. Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli sa fejn possibbli, f'konformità mal-Artikolu 8, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti meħuda mill-Kummissjoni.

Artikolu 3 5

5.   L-analiżi ekonomika msemmija fil-paragrafu 2 għandha tintbagħat, għall-informazzjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0712
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.