+Artikolu 15 Rieżami tal-miżuri ta' rimedju
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
|
Artikolu 15 Rieżami tal-miżuri ta' rimedju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1
|
1. Il-miżuri ta' rimedju msemmija fl-Artikolu 14 għandhom jibqgħu fis-seħħ biss sakemm, u sal-limitu li, huwa meħtieġ fid-dawl tal-persistenza tal-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni u l-ħsara li tirriżulta. Għal dak il-għan, għandha tapplika l-proċedura ta' rieżami stabbilita fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi regolarment rapport bil-miktub lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effettività u l-impatt tal-miżuri ta' rimedju.
|
|
Artikolu 15 2
|
2. Meta ċ-ċirkostanzi jitolbu hekk, tista' tiġi rieżaminata l-ħtieġa għall-impożizzjoni kontinwa ta' miżuri ta' rimedju fil-forma inizjali tagħhom, jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew tal-ilmentatur, jew inkella fuq talba motivata mill-Istati Membri kkonċernati, mill-pajjiż terz jew mill-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata.
|
|
Artikolu 15 3
|
3. Matul ir-rieżami tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-eżistenza kontinwa tal-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni, tal-ħsara u tar-rabta kawżali bejn il-prattika u l-ħsara.
|
|
Artikolu 15 4
|
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, tħassar, temenda jew iżżomm, kif xieraq, il-miżuri ta' rimedju stabbiliti fl-Artikolu 14. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0712
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|