+Artikolu 15 Funzjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.

Artikolu 15 Funzjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.

Il-Bord ta’ Tmexxija għandu:

(a) 

jistabbilixxi d-direzzjoni ġenerali tal-operat tal-ENISA u jiżgura li l-ENISA topera f’konformità mar-regoli u l-prinċipji stipulati f’dan ir-Regolament. Għandu jiżgura wkoll il-konsistenza tal-ħidma tal-ENISA ma’ attivitajiet immexxija mill-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-Unjoni;

(b) 

jadotta l-abbozz tad-dokument uniku tal-programmazzjoni tal-ENISA msemmi fl-Artikolu 21, qabel ma dan jitressaq quddiem il-Kummissjoni għal opinjoni;

(c) 

jadotta d-dokument uniku tal-programmazzjoni tal-ENISA„ b’kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni;

(d) 

jissorvelja l-programmazzjoni pluriennali u annwali inkluż fid-dokument uniku tal-programmazzjoni;

(e) 

jadotta l-baġit annwali tal-ENISA u jeżerċita funzjonijiet oħra marbuta mal-baġit tal-ENISA b’konformità mal-Kapitolu IV;

(f) 

jivvaluta u jadotta r-rapport annwali konsolidat dwar l-attivitajiet tal-ENISA, jinkludi l-kontabbilità u deskrizzjoni ta’ kif l-ENISA laħqet l-indikaturi tal-prestazzjoni tagħha, jissottometti kemm ir-rapport annwali kif ukoll il-valutazzjoni ta’ dan sal-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u li jagħmel ir-rapport annwali pubbliku;

(g) 

jadotta r-regoli finanzjarji li japplikaw għall-ENISA f’konformità mal-Artikolu 32;

(h) 

jadotta strateġija kontra l-frodi li tkun proporzjonata għar-riskji ta’ frodi fid-dawl ta’ analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;

(i) 

jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-konflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu;

(j) 

jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u d-diversi rapporti u evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni;

(k) 

jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu, inkluż regoli għal deċiżjonijiet proviżorji dwar id-delega ta’ kompiti speċifiċi, skont l-Artikolu 19(7);

(l) 

fir-rigward tal-persunal tal-ENISA, jeżerċita s-setgħat ikkonferiti mir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali (ir-“Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali”) u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea (il-“kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ aġenti oħra”), stipulati fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 ( 2 ) l-Awtorità tal-Ħatra u fuq l-Awtorità bis-setgħa li tikkonkludi kuntratt ta’ impjieg (“setgħat tal-awtorità tal-ħatra”) f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(m) 

jadotta regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ aġenti oħra f’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali;

(n) 

jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u fejn xieraq, jestendi l-mandat tiegħu jew ineħħih f’konformità mal-Artikolu 36;

(o) 

jaħtar uffiċjal tal-kontabbiltà, li jista’ jkun l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq ta’ dmirijietu;

(p) 

jieħu d-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw l-istabbiliment tal-istrutturi interni tal-ENISA u, fejn meħtieġ il-modifika ta’ dawk l-istrutturi interni, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet tal-attivitajiet tal-ENISA u filwaqt li jqis il-prinċipji tal-ġestjoni baġitarja soda;

(q) 

jawtorizza l-istabbiliment ta’ arranġamenti tax-xogħol fir-rigward tal-Artikolu 7;

(r) 

jawtorizza l-istabbiliment jew il-konklużjoni ta’ arranġamenti tax-xogħol f’konformità mal-Artikolu 42

Artikolu 15 2.
F’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ Uffiċjali, il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ aġenti oħra, li biha jiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u li fiha jiddetermina l-kondizzjonijiet li bihom tkun tista’ tiġi sospiża dik id-delega tas-setgħat. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jissottodelega dawk is-setgħat.
Artikolu 15 3.
Meta jkun meħtieġ minn ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord ta’ Tmexxija jista’ jadotta deċiżjoni biex jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra mogħtija lid-Direttur Eżekuttiv u kwalunkwe setgħa tal-awtorità tal-ħatra li tkun ġiet sottodelegata mid-Direttur Eżekuttiv u minflok jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mha jkunx id-Direttur Eżekuttiv.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.