+Artikolu 23 Netwerk ta’ Uffiċjali ta’ Kollegament Nazzjonali
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.

Artikolu 23 Netwerk ta’ Uffiċjali ta’ Kollegament Nazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1.
Il-Bord ta’ Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jistabbilixxi Netwerk ta’ Uffiċjali ta’ Kollegament Nazzjonali magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri kollha (Uffiċjali ta’ Kollegament Nazzjonali). Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant wieħed għan-Netwerk ta’ Uffiċjali ta’ Kollegament Nazzjonali. Il-laqgħat tan-netwerk għandhom isiru f’konfigurazzjonijiet differenti tal-esperti.
Artikolu 23 2.
In-Netwerk ta’ Uffiċjali ta’ Kollegament Nazzjonali għandu, b’mod partikolari, jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-ENISA u l-Istati Membri, u għandu jappoġġa lill-ENISA fit-tixrid ta’ informazzjoni dwar l-attivitajiet, is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-partijiet ikkonċernati rilevanti madwar l-Unjoni.
Artikolu 23 3.
L-Uffiċjali ta’ Kollegament Nazzjonali għandhom jaġixxu bħala punt ta’ kuntatt f’livell nazzjonali biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-ENISA u l-esperti nazzjonali fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tal-ENISA.
Artikolu 23 4.
Filwaqt li l-Uffiċjali ta’ Kollegament Nazzjonali għandhom jikkooperaw mill-qrib mar-rappreżentanti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istati Membri rispettivi tagħhom, in-Netwerk ta’ Uffiċjali ta’ Kollegament Nazzjonali nnifsu ma għandux jidduplika l-ħidma tal-Bord ta’ Tmexxija jew dik ta’ fora oħra tal-Unjoni.
Artikolu 23 5.
Il-funzjonijiet u l-proċeduri tan-Netwerk ta’ Uffiċjali ta’ Kollegament Nazzjonali għandhom jiġu speċifikati fir-regoli interni dwar l-operat tal-ENISA u għandhom isiru pubbliċi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.