+Artikolu 29 Stabbiliment tal-baġit TAL-ENISA
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.
---+Artikolu 29 4.
---+Artikolu 29 5.
---+Artikolu 29 6.
---+Artikolu 29 7.
|
Artikolu 29 Stabbiliment tal-baġit TAL-ENISA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1.
|
Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-ENISA għas-sena finanzjarja li jmiss u għandu jgħaddih lill-Bord ta’ Tmexxija, flimkien mal-abbozz tat-tabella tal-persunal. Id-dħul u l-infiq għandhom ikunu bbilanċjati.
|
|
Artikolu 29 2.
|
Kull sena, il-Bord ta’ Tmexxija, abbażi tal-abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi, għandu jħejji dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-ENISA għas-sena finanzjarja li jmiss.
|
|
Artikolu 29 3.
|
Il-Bord ta’ Tmexxija, sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, għandu jibgħat id-dikjarazzjoni tal-estimi, li għandha tkun parti mill-abbozz ta’ dokument uniku tal-programmazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni kkonkludiet ftehimiet kif imsemmija fl-Artikolu 42(2).
|
|
Artikolu 29 4.
|
Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni l-estimi li jidhrilha li huma meħtieġa għat-tabella tal-persunal u l-ammont tal-kontribuzzjoni li għandu jintalab mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, li għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 314 TFUE.
|
|
Artikolu 29 5.
|
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jawtorizzaw l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni mill-Unjoni lill-ENISA.
|
|
Artikolu 29 6.
|
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw it-tabella tal-persunal tal-ENISA.
|
|
Artikolu 29 7.
|
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta l-baġit tal-ENISA flimkien mad-dokument uniku tal-programmazzjoni. Il-baġit tal-ENISA għandu jsir finali wara l-adozzjoni definittiva tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn meħtieġ, il-Bord ta’ Tmexxija għandu jaġġusta l-baġit tal-ENISA u d-dokument uniku tal-programmazzjoni f’konformità mal-baġit ġenerali tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|