Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
), l-ENISA għandha sat-28 ta’ Diċembru 2019 tissieħeb għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (
8
). L-ENISA għandha tadotta d-dispożizzjonijiet adatti li japplikaw għall-impjegati kollha tal-ENISA, permezz tal-mudell li jinsab fl-Anness għal dak il-Ftehim.