|
+Artikolu 54 1. |
Artikolu 54 1.Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:
(a)
is-suġġett u l-kamp ta’ applikazjoni tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni, inkluż it-tip jew il-kategoriji tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti koperti;
(b)
deskrizzjoni ċara tal-għan tal-iskema u ta’ kif l-istandards, il-metodi ta’ evalwazzjoni u l-livelli ta’ assigurazzjoni magħżula jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tal-utenti maħsuba tal-iskema;
(c)
referenzi għall-istandards internazzjonali, Ewropej jew nazzjonali applikati fl-evalwazzjoni jew fejn tali standards ma jkunux disponibbli jew adatti, għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jew, jekk tali speċifikazzjonijiet ma jkunux disponibbli, għal speċifikazzjonijiet tekniċi jew rekwiżiti oħra taċ-ċibersigurtà definiti fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
(d)
fejn applikabbli, livell ta’ assigurazzjoni wieħed jew aktar;
(e)
indikazzjoni ta’ jekk tkunx permessa awtovalutazzjoni tal-konformità taħt l-iskema;
(f)
fejn applikabbli, rekwiżiti speċifiċi jew addizzjonali li għalihom huma soġġetti l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità sabiex tiġi garantita l-kompetenza teknika tagħhom li jevalwaw ir-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà;
(g)
il-kriterji u l-metodi speċifiċi ta’ evalwazzjoni li jridu jintużaw, inkluż it-tipi ta’ evalwazzjoni, sabiex jintwera li jinkisbu l-objettivi ta’ sigurtà applikabbli msemmija fl-Artikoli 51 u 51a;
(h)
fejn applikabbli, l-informazzjoni li hija meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni u li trid tingħata jew b’mod ieħor titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità minn applikant;
(i)
fejn l-iskema tipprevedi marki jew tikketti, il-kondizzjonijiet li skonthom jistgħu jintużaw tali marki jew tikketti;
(j)
ir-regoli għall-monitoraġġ tal-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti mar-rekwiżiti taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà jew id-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE, inkluż mekkaniżmi li juru konformità kostanti mar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà speċifikati;
(k)
fejn applikabbli, il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, il-manutenzjoni, it-tkomplija u t-tiġdid taċ-ċertifikati Ewropjw taċ-ċibersigurtà, kif ukoll il-kondizzjonijiet għall-estensjoni jew it-tnaqqis tal-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni;
(l)
ir-regoli dwar il-konsegwenzi għall-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT u s-servizzi tas-sigurtà ġestiti li jkunu ġew iċċertifikati jew li għalihom tkun inħarġet dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, iżda li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti tal-iskema;
(m)
ir-regoli dwar kif għandhom jiġu rappurtati u indirizzati l-vulnerabbiltajiet marbutin maċ-ċibersigurtà fil- prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT li ma kinux ġew identifikati preċedentement;
(n)
fejn applikabbli, ir-regoli dwar iż-żamma ta’ rekords minn korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità;
(o)
l-identifikazzjoni ta’ skemi nazzjonali jew internazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jkopru l-istess tip jew kategorija tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, rekwiżiti tas-sigurtà, metodi u kriterji tal-evalwazzjoni, u livelli tal-assigurazzjoni;
(p)
il-kontenut u l-format taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE li jridu jinħarġu;
(q)
il-perjodu tad-disponibbiltà tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, id-dokumentazzjoni teknika, u l-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha li trid issir disponibbli mill-manifattur jew il-fornitur tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti;
(r)
il-perijodu ta’ validità massimu taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa taħt l-iskema;
(s)
il-politika ta’ divulgazzjoni għal ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa, emendati jew irtirati taħt l-iskema;
(t)
il-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-iskemi taċ-ċertifikazzjoni ma’ pajjiżi terzi;
(u)
fejn applikabbli, ir-regoli dwar kwalunkwe mekkaniżmu ta’ rieżami bejn il-pari stabbilit mill-iskema għall-awtoritajiet jew korpi li joħorġu ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà għal livell ta’ assigurazzjoni “għoli” skont l-Artikolu 56(6). Tali mekkaniżmu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rieżami bejn il-pari previst fl-Artikolu 59;
(v)
il-format u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti mill-manifatturi jew il-fornituri tal-prodotti ICT, tas-servizzi ICT jew tal-proċessi tal-ICT fl-għoti u l-aġġornament tal-informazzjoni supplementari dwar iċ-ċibersigurtà f’konformità mal-Artikolu 55. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|