+Artikolu 54 Elementi tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
---+Artikolu 54 1.
---+Artikolu 54 2.
---+Artikolu 54 3.
---+Artikolu 54 4.
|
Artikolu 54 Elementi tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 54 1.
|
Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandha tinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin:
▼M1
(a)
is-suġġett u l-kamp ta’ applikazjoni tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni, inkluż it-tip jew il-kategoriji tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti koperti;
▼B
(b)
deskrizzjoni ċara tal-għan tal-iskema u ta’ kif l-istandards, il-metodi ta’ evalwazzjoni u l-livelli ta’ assigurazzjoni magħżula jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tal-utenti maħsuba tal-iskema;
(c)
referenzi għall-istandards internazzjonali, Ewropej jew nazzjonali applikati fl-evalwazzjoni jew fejn tali standards ma jkunux disponibbli jew adatti, għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 jew, jekk tali speċifikazzjonijiet ma jkunux disponibbli, għal speċifikazzjonijiet tekniċi jew rekwiżiti oħra taċ-ċibersigurtà definiti fl-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
(d)
fejn applikabbli, livell ta’ assigurazzjoni wieħed jew aktar;
(e)
indikazzjoni ta’ jekk tkunx permessa awtovalutazzjoni tal-konformità taħt l-iskema;
(f)
fejn applikabbli, rekwiżiti speċifiċi jew addizzjonali li għalihom huma soġġetti l-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità sabiex tiġi garantita l-kompetenza teknika tagħhom li jevalwaw ir-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà;
▼M1
(g)
il-kriterji u l-metodi speċifiċi ta’ evalwazzjoni li jridu jintużaw, inkluż it-tipi ta’ evalwazzjoni, sabiex jintwera li jinkisbu l-objettivi ta’ sigurtà applikabbli msemmija fl-Artikoli 51 u 51a;
▼B
(h)
fejn applikabbli, l-informazzjoni li hija meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni u li trid tingħata jew b’mod ieħor titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità minn applikant;
(i)
fejn l-iskema tipprevedi marki jew tikketti, il-kondizzjonijiet li skonthom jistgħu jintużaw tali marki jew tikketti;
▼M1
(j)
ir-regoli għall-monitoraġġ tal-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti mar-rekwiżiti taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà jew id-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE, inkluż mekkaniżmi li juru konformità kostanti mar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà speċifikati;
▼B
(k)
fejn applikabbli, il-kondizzjonijiet għall-ħruġ, il-manutenzjoni, it-tkomplija u t-tiġdid taċ-ċertifikati Ewropjw taċ-ċibersigurtà, kif ukoll il-kondizzjonijiet għall-estensjoni jew it-tnaqqis tal-kamp ta’ applikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni;
▼M1
(l)
ir-regoli dwar il-konsegwenzi għall-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT u s-servizzi tas-sigurtà ġestiti li jkunu ġew iċċertifikati jew li għalihom tkun inħarġet dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, iżda li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti tal-iskema;
▼B
(m)
ir-regoli dwar kif għandhom jiġu rappurtati u indirizzati l-vulnerabbiltajiet marbutin maċ-ċibersigurtà fil- prodotti ICT, servizzi ICT u proċessi tal-ICT li ma kinux ġew identifikati preċedentement;
(n)
fejn applikabbli, ir-regoli dwar iż-żamma ta’ rekords minn korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità;
▼M1
(o)
l-identifikazzjoni ta’ skemi nazzjonali jew internazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà li jkopru l-istess tip jew kategorija tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti, rekwiżiti tas-sigurtà, metodi u kriterji tal-evalwazzjoni, u livelli tal-assigurazzjoni;
▼B
(p)
il-kontenut u l-format taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE li jridu jinħarġu;
▼M1
(q)
il-perjodu tad-disponibbiltà tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, id-dokumentazzjoni teknika, u l-informazzjoni rilevanti l-oħra kollha li trid issir disponibbli mill-manifattur jew il-fornitur tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti;
▼B
(r)
il-perijodu ta’ validità massimu taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa taħt l-iskema;
(s)
il-politika ta’ divulgazzjoni għal ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa, emendati jew irtirati taħt l-iskema;
(t)
il-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-iskemi taċ-ċertifikazzjoni ma’ pajjiżi terzi;
(u)
fejn applikabbli, ir-regoli dwar kwalunkwe mekkaniżmu ta’ rieżami bejn il-pari stabbilit mill-iskema għall-awtoritajiet jew korpi li joħorġu ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà għal livell ta’ assigurazzjoni “għoli” skont l-Artikolu 56(6). Tali mekkaniżmu għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rieżami bejn il-pari previst fl-Artikolu 59;
(v)
il-format u l-proċeduri li jridu jiġu segwiti mill-manifatturi jew il-fornituri tal-prodotti ICT, tas-servizzi ICT jew tal-proċessi tal-ICT fl-għoti u l-aġġornament tal-informazzjoni supplementari dwar iċ-ċibersigurtà f’konformità mal-Artikolu 55.
|
|
Artikolu 54 2.
|
Ir-rekwiżiti speċifikati tal-iskema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom ikunu konsistenti ma kwalunkwe rekwiżit legali applikabbli, b’mod partikolari r-rekwiżiti li jirriżultaw mil-liġi armonizzata tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 54 3.
|
Fejn dan ikun previst minn att ġuridiku speċifiku tal-Unjoni, ċertifikat jew dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE maħruġa taħt skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ tintuża biex tintwera l-preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ dak l-att ġuridiku.
|
|
Artikolu 54 4.
|
Fin-nuqqas ta’ liġi armonizzata tal-Unjoni, il-liġi tal-Istati Membri tista’ tipprevedi wkoll li skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tista’ tintuża biex tiġi stabbilita l-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti legali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|