|
+Artikolu 55 1. |
Artikolu 55 1.Il-manifattur jew il-fornitur tal-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT iċċertifikati li għalihom tkun inħarġet dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jagħmel disponibbli pubblikament l-informazzjoni supplementari dwar iċ-ċibersigurtà li ġejja:
(a)
gwida u rakkomandazzjonijiet biex jassistu lill-utenti aħħarin fil-konfigurazzjoni, l-installazzjoni, l-iskjerament, l-operat u l-manutenzjoni tal-prodotti ICT jew servizzi ICT;
(b)
il-perijodu li matulu ser jiġi offrut l-appoġġ għas-sigurtà lill-utenti aħħarin b’mod partikolari fir-rigward tad-disponibbiltà ta’ aġġornamenti relatati maċ-ċibersigurtà;
(c)
informazzjoni ta’ kuntatt tal-manifattur jew fornitur u metodi aċċettati għar-riċeviment ta’ informazzjoni dwar il-vulnerabbiltà mill-utenti aħħarin u r-riċerkaturi tas-sigurtà;
(d)
referenza għal repożitorji online li jelenkaw vulnerabbiltajiet divulgati pubblikament relatati mal-prodott ICT, servizz ICT jew proċess tal-ICT u ma’ kwalunkwe parir rilevanti dwar iċ-ċibersigurtà. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|