Artikolu 65
L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur ta’ dan it-Titolu u għall-ksur ta’ skemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u dwar dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.