+ANNESS

ANNESS




ANNESS

REKWIŻITI LI GĦANDHOM JIĠU SSODISFATI MILL-KORPI TA’ VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jixtiequ jiġu akkreditati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

1. 

Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali u għandu jkollu personalità ġuridika.

▼M1

2. 

Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz li jkun indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT jew is-servizzi tas-sigurtà ġestiti li jivvaluta.

3. 

Korp li jappartjeni għal assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-forniment, l-assemblaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni tal-prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT jew servizzi tas-sigurtà ġestiti li jivvaluta jista’ jitqies bħala korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, dment li juri l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess.

4. 

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment ta’ livell għoli tagħhom u l-persuni responsabbli għat-twettiq tal-kompiti marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-installatur, ix-xerrej, is-sid, l-utent jew dak responsabbli għall-manutenzjoni tal-prodott tal-ICT, servizz tal-ICT, proċess tal-ICT jew servizz tas-sigurtà ġestit li jiġi vvalutat, jew r-rappreżentant awtorizzat ta’ xi waħda minn dawk il-partijiet. Dik il-projbizzjoni ma għandiex tipprekludi l-użu tal-prodotti tal-ICT vvalutati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ tali prodotti tal-ICT għal finijiet personali.

5. 

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment ta’ livell għoli tagħhom u l-persuni responsabbli għat-twettiq tal-kompiti marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità, la għandhom ikunu involuti direttament fid-disinn, il-manifattura jew il-kostruzzjoni, il-forniment, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni tal-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT jew is-servizzi tas-sigurtà ġestiti li jiġu vvalutati, u lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet inkarigati li jwettqu dawk l-attivitajiet. Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment ta’ livell għoli tagħhom u l-persuni responsabbli għat-twettiq tal-kompiti marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx jieħdu sehem f’attivitajiet li jistgħu joħolqu kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom ta’ valutazzjoni tal-konformità. Dik il-projbizzjoni għandha tapplika, b’mod partikolari, għas-servizzi ta’ konsulenza.

▼B

6. 

Jekk korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun proprjetà ta’ entità jew istituzzjoni pubblika jew ikun operat minnhom, l-indipendenza u n-nuqqas ta’ kwalunkwe konflitt ta’ interess għandhom ikunu żgurati bejn l-awtorità nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà u l-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, u għandhom jiġu dokumentati.

7. 

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji u s-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħhom marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità.

8. 

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu attivitajiet marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u bil-kompetenza teknika rekwiżita fil-qasam speċifiku, u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u persważjoni, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet tagħhom marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità, inklużi pressjonijiet u persważjonijiet ta’ natura finanzjarja, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

9. 

Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu skont dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk dawk il-kompiti jitwettqu mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità nnifsu, kif ukoll f’isem il-korp u taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Kwalunkwe sottokuntrattar għal, jew konsultazzjoni ta’, persunal estern għandha tkun dokumentata b’mod adatt, ma għandha tinvolvi l-ebda intermedjarju u għandha tkun soġġetta għal ftehim bil-miktub li jkopri, fost affarijiet oħra, il-kunfidenzjalità u l-konflitti ta’ interess. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità inkwistjoni għandu jerfa’ r-responsabbiltà sħiħa tal-kompiti mwettqa.

10. 

▼M1

Fi kwalunkwe mument u għal kull proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità u għal kull tip, kategorija jew subkategorija ta’ prodotti tal-ICT, servizzi tal-ICT, proċessi tal-ICT jew servizzi tas-sigurtà ġestiti, korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-ħtiġijiet li ġejjin:

▼B

(a) 

persunal b’għarfien tekniku u esperjenza biżżejjed u adatt biex iwettaq il-kompiti marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità;

(b) 

deskrizzjonijiet tal-proċeduri li f’konformità magħhom trid titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, biex tiġi żgurata t-trasparenza u ta’ dawk il-proċeduri u l-possibbiltà tar-riproduzzjoni tagħhom. Dan għandu jkollu fis-seħħ il-politiki u l-proċeduri adatti li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp notifikat skont l-Artikolu 61 u l-attivitajiet l-oħra tiegħu;

▼M1

(c) 

proċeduri għat-twettiq ta’ attivitajiet li jieħdu kont dovut tad-daqs ta’ impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċess tal-ICT jew servizz tas-sigurtà ġestit inkwistjoni u n-natura ta’ massa jew ta’ serje tal-proċess ta’ produzzjoni.

▼B

11. 

Korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tekniċi u amministrattivi b’rabta mal-attivitajiet marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità b’mod adatt, u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.

12. 

Il-persuni responsabbli biex iwettaq l-attivitajiet marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dan li ġejjin:

(a) 

taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha marbutin mal-valutazzjoni tal-konformità;

(b) 

għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet tal-konformità li jwettqu u awtorità adegwata li jwettaq dawk il-valutazzjonijiet;

(c) 

għarfien u intendiment adatti dwar ir-rekwiżiti applikabbli u l-istandards tal-ittestjar;

(d) 

il-kapaċità li jfassal ċertifikati, rekords u rapporti li juru li jkunu twettqu l-valutazzjonijiet tal-konformità.

13. 

Għandha tiġi garantita l-imparzjalità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-maniġment ta’ livell għoli tagħhom, tal-persuni responsabbli għat-twettiq tal-attivitajiet tal-konformità, u ta’ kwalunkwe sottokuntrattur.

14. 

Ir-remunerazzjoni tal-maniġment ta’ livell għoli u tal-persuni responsabbli għat-twettiq tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta’ valutazzjonijiet tal-konformità mwettqa jew fuq ir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

15. 

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jipprevedu polza tal-assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tinġarrx mill-Istat Membru f’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, jew l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

16. 

Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tiegħu, il-kumitati tiegħ, is-sussidjarji tiegħu, is-sottokuntratturi tiegħu, u kwalunkwe korp assoċjat jew persunal ta’ korpi esterni ta’ korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom iżommu l-kunfidenzjalità u josservaw is-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità tagħhom skont dan ir-Regolament jew skont kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tagħti effett lil dan ir-Regolament, u ħlief fejn id-divulgazzjoni tkun meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru li tali persuni jkunu soġġetti għaliha, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom jitwettqu l-attivitajiet tiegħu. Id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali għandhom jiġu protetti. Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu proċeduri dokumentati fis-seħħ fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ dan il-punt.

17. 

Bl-eċċezzjoni tal-punt 16, ir-rekwiżiti ta’ dan l-Anness ma għandhomx jipprekludu skambji ta’ informazzjoni teknika u gwida regolatorja bejn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità u persuna li tapplika għaċ-ċertifikazzjoni jew li qed tikkunsidra tapplikax jew le għaċ-ċertifikazzjoni.

18. 

Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom joperaw f’konformità ma’ sett ta’ termini u kondizzjonijiet konsistenti, ġusti u raġonevoli, filwaqt li jittieħed kont tal-interessi tal-SMEs b’rabta mat-tariffi.

▼M1

19. 

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandard rilevanti li jkun armonizzat kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għall-akkreditazzjoni tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jwettqu ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT jew is-servizzi tas-sigurtà ġestiti.

20. 

Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-laboratorji tal-ittestjar użati għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandard rilevanti li jkun armonizzat kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għall-akkreditazzjoni tal-laboratorji li jwettqu l-ittestjar.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.