+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)
---+Artikolu 2 (10)
---+Artikolu 2 (11)
---+Artikolu 2 (12)
---+Artikolu 2 (13)
---+Artikolu 2 (14)
---+Artikolu 2 (15)
---+Artikolu 2 (16)
---+Artikolu 2 (17)
---+Artikolu 2 (18)
---+Artikolu 2 (19)
---+Artikolu 2 (20)
---+Artikolu 2 (21)
---+Artikolu 2 (22)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (1)
|
“sigurtà tal-provvista tal-elettriku” tfisser il-kapaċità ta' sistema tal-elettriku li tiggarantixxi l-provvista ta' elettriku lill-konsumaturi b'livell stabbilit b'mod ċar ta' prestazzjoni, kif iddeterminat mill-Istati Membri kkonċernati;
|
|
Artikolu 2 (2)
|
“operatur ta' sistema ta' trasmissjoni” tfisser operatur ta' sistema ta' trasmissjoni kif definit fil-punt (35) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
|
|
Artikolu 2 (3)
|
“distribuzzjoni” tfisser distribuzzjoni kif definita fil-punt (28) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
|
|
Artikolu 2 (4)
|
“fluss transkonfinali” tfisser fluss transkonfinali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 (2) tar-Regolament (UE) 2019/943;
|
|
Artikolu 2 (5)
|
“kapaċità transżonali” tfisser il-kapaċità kemm is-sistema interkonnessa tkun tista' takkomoda t-trasferiment tal-enerġija bejn iż-żoni tal-offerti;
|
|
Artikolu 2 (6)
|
“klijent” tfisser klijent kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
|
|
Artikolu 2 (7)
|
“operatur ta' sistema ta 'distribuzzjoni” tfisser operatur ta 'sistema ta' distribuzzjoni kif definit fil-punt (29) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
|
|
Artikolu 2 (8)
|
“ġenerazzjoni” tfisser ġenerazzjoni kif definita fil-punt (37) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE)2019/944;
|
|
Artikolu 2 (9)
|
“kriżi tal-elettriku” tfisser sitwazzjoni preżenti jew imminenti li fiha nuqqas sinifikanti ta' elettriku, kif iddeterminat mill-Istati Membri u kif deskritt fil-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji, jew fiha impossibbiltà ta' provvista tal-elettriku lill-konsumaturi;
|
|
Artikolu 2 (10)
|
“kriżi tal-elettriku simultanja” tfisser kriżi tal-elettriku li taffettwa lil aktar minn Stat Membru wieħed fl-istess ħin;
|
|
Artikolu 2 (11)
|
“awtorità kompetenti” tfisser awtorità governattiva nazzjonali jew awtorità regolatorja nominata minn Stat Membru skont l-Artikolu 3;
|
|
Artikolu 2 (12)
|
“awtoritajiet regolatorji” tfisser awtoritajiet regolatorji msemmija fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944;
|
|
Artikolu 2 (13)
|
“koordinatur tal-kriżi” tfisser persuna, grupp ta' persuni, tim kompost mill-maniġers nazzjonali rilevanti għall-kriżi tal-elettriku jew istituzzjoni li jkollhom il-kariga ta' punt ta' kuntatt u li jikkoordinaw il-fluss tal-informazzjoni matul kriżi tal-elettriku;
|
|
Artikolu 2 (14)
|
“miżura mhux ibbażata fuq is-suq” tfisser kwalunkwe miżura mil-lat tal-provvista jew tad-domanda li tiddevja mir-regoli tas-suq jew minn ftehimiet kummerċjali, bl-għan li timmitiga kriżi tal-elettriku;
|
|
Artikolu 2 (15)
|
“produttur” tfisser produttur kif definit fil-punt (38) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
|
|
Artikolu 2 (16)
|
“reġjun” tfisser grupp ta' Stati Membri li l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni tagħhom jikkondividu l-istess ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali kif imsemmi fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2019/943;
|
|
Artikolu 2 (17)
|
“sottogrupp” tfisser grupp ta' Stati Membri, f'reġjun, li jkollhom il-kapaċità teknika li jipprovdu assistenza lil xulxin skont l-Artikolu 15;
|
|
Artikolu 2 (18)
|
“twissija bikrija” tfisser l-għoti ta' informazzjoni konkreta, serja, affidabbli li tindika li jista' jseħħ avveniment li aktarx jirriżulta f'deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-provvista tal-elettriku u aktarx li jwassal għal kriżi tal-elettriku;
|
|
Artikolu 2 (19)
|
“trasmissjoni” tfisser trasmissjoni kif definita fil-punt (34) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
|
|
Artikolu 2 (20)
|
“impriża tal-elettriku” tfisser impriża tal-elettriku kif definita fil-punt (57) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
|
|
Artikolu 2 (21)
|
“allokazzjoni ta' kapaċità” tfisser l-attribuzzjoni tal-kapaċità transżonali;
|
|
Artikolu 2 (22)
|
“enerġija minn sorsi rinnovabbli” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli jew enerġija rinnovabbli kif definita fil-punt (31) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0941
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|