7. L-ENTSO għall-Elettriku għandu jaġġorna u jtejjeb il-metodoloġija skont il-paragrafi 1 sa 6 meta ssir disponibbli informazzjoni sinifikanti ġdida. L-ECG, fil-formazzjoni tiegħu magħmul biss minn rappreżentanti tal-Istati Membri, jista' jirrakkomanda, u l-ACER jew il-Kummissjoni jistgħu jitolbu, tali aġġornamenti u titjib filwaqt li debitament jipprovdu l-ġustifikazzjoni tagħhom. Fi żmien sitt xhur mir-riċezzjoni tat-talba, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jippreżenta abbozz tat-tibdiliet proposti lill-ACER. Fi żmien xahrejn mindu tirċievi tali abbozz, l-ACER għandha, wara li tikkonsulta lill-ECG fil-formazzjoni tiegħu magħmula biss minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tapprova jew temenda t-tibdiliet proposti. Jenħtieġ li l-ENTSO għall-Elettriku u l-ACER jippubblikaw il-verżjoni finali tal-metodoloġija aġġornata fuq is-siti web tagħhom.