+Artikolu 5 Il-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' xenarji reġjonali ta' kriżi tal-elettriku
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5
---+Artikolu 5 6
---+Artikolu 5 7
|
Artikolu 5 Il-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' xenarji reġjonali ta' kriżi tal-elettriku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1
|
1. Sal-5 ta' Jannar 2020, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jippreżenta għand l-ACER proposta għal metodoloġija għall-identifikazzjoni tal-aktar xenarji reġjonali ta' kriżi tal-elettriku rilevanti.
|
|
Artikolu 5 2
|
2. Il-metodoloġija proposta għandha tidentifika xenarji ta' kriżi tal-elettriku relattivament għall-adegwatezza tas-sistema, is-sigurtà tas-sistema u s-sigurtà tal-fjuwil fuq il-bażi ta', mill-anqas, ir-riskji li ġejjin:
|
(a)
|
perikli naturali rari u estremi;
|
|
(b)
|
perikli aċċidentali li jmorru lil hinn mill-kriterju ta' sigurtà N-1 u kontinġenzi eċċezzjonali;
|
|
(c)
|
perikli konsegwenzjali inklużi l-konsegwenzi ta' attakki malizzjużi u ta' nuqqas ta' fjuwil.
|
|
|
Artikolu 5 3
|
3. Il-metodoloġija proposta għandha tinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi nazzjonali u reġjonali rilevanti kollha, inklużi kwalunkwe sottogruppi;
|
|
(b)
|
l-interazzjoni u l-korrelazzjoni ta' riskji f'livell transfruntier;
|
|
(c)
|
simulazzjonijiet ta' xenarji ta' kriżi tal-elettriku simultanja;
|
|
(d)
|
il-klassifikazzjoni tar-riskji skont l-impatt u l-probabbiltà tagħhom;
|
|
(e)
|
prinċipji dwar kif tiġi ttrattata informazzjoni sensittiva b'mod li tiġi żgurata t-trasparenza fir-rigward tal-pubbliku.
|
|
|
Artikolu 5 4
|
4. Meta jitqiesu r-riskji ta' interruzzjoni tal-provvista tal-gass fil-kuntest tal-identifikazzjoni tar-riskji skont il-punt (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-ENTSO għall-Elettriku għandu juża x-xenarji ta' interruzzjoni tal-provvista u tal-infrastruttura tal-gass naturali żviluppati mill-ENTSOG skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2017/1938.
|
|
Artikolu 5 5
|
5. Qabel ma jippreżenta l-metodoloġija proposta lill-ACER, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jwettaq eżerċizzju ta' konsultazzjoni li jinvolvi tal-anqas iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali, organizzazzjonijiet industrijali u tal-konsumatur, produtturi jew il-korpi kummerċjali tagħhom, operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni u operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni rilevanti, awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet regolatorji u awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn. L-ENSTO-E għandu debitament jikkunsidra r-riżultati tal-konsultazzjoni u jippreżentahom, flimkien mal-metodoloġija proposta, f'laqgħa tal-ECG.
|
|
Artikolu 5 6
|
6. Fi żmien xahrejn mindu tirċievi l-metodoloġija proposta, l-ACER għandha, wara li tikkonsulta lill-ECG, fil-formazzjoni tiegħu magħmula biss minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tapprova jew temenda l-proposta. L-ENTSO għall-Elettriku u l-ACER għandhom jippubblikaw il-verżjoni finali tal-metodoloġija fuq is-siti web tagħhom.
|
|
Artikolu 5 7
|
7. L-ENTSO għall-Elettriku għandu jaġġorna u jtejjeb il-metodoloġija skont il-paragrafi 1 sa 6 meta ssir disponibbli informazzjoni sinifikanti ġdida. L-ECG, fil-formazzjoni tiegħu magħmul biss minn rappreżentanti tal-Istati Membri, jista' jirrakkomanda, u l-ACER jew il-Kummissjoni jistgħu jitolbu, tali aġġornamenti u titjib filwaqt li debitament jipprovdu l-ġustifikazzjoni tagħhom. Fi żmien sitt xhur mir-riċezzjoni tat-talba, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jippreżenta abbozz tat-tibdiliet proposti lill-ACER. Fi żmien xahrejn mindu tirċievi tali abbozz, l-ACER għandha, wara li tikkonsulta lill-ECG fil-formazzjoni tiegħu magħmula biss minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tapprova jew temenda t-tibdiliet proposti. Jenħtieġ li l-ENTSO għall-Elettriku u l-ACER jippubblikaw il-verżjoni finali tal-metodoloġija aġġornata fuq is-siti web tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0941
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|