+Artikolu 8 Il-metodoloġija għal valutazzjonijiet tal-adegwatezza għal terminu qasir u dawk staġjonali
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5

Artikolu 8 Il-metodoloġija għal valutazzjonijiet tal-adegwatezza għal terminu qasir u dawk staġjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   Sal-5 ta' Jannar 2020, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jippreżenta lill-ACER proposta għal metodoloġija għall-valutazzjoni tal-adegwatezza staġjonali u għall-valutazzjoni tal-adegwatezza għal terminu qasir, jiġifieri l-adegwatezza ta' kull xahar, ta' ġimgħa bil-quddiem sa mill-anqas ġurnata qabel, li għandha tkopri tal-anqas dawn li ġejjin:

(a)

l-inċertezza tal-inputs bħall-probabbiltà ta' indisponibilità tal-kapaċità ta' trażmissjoni, il-probabbiltà ta' indisponibilità mhux ippjanata ta' impjanti tal-enerġija, kondizzjonijiet serji tat-temp, domanda varjabbli, b'mod partikolari fejn tilħaq il-massimu tagħha skont il-kondizzjonijiet tat-temp, u l-varjabbiltà tal-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli;

(b)

il-probabbiltà tal-okkorrenza ta' kriżi tal-elettriku;

(c)

il-probabbiltà tal-okkorrenza ta' kriżi tal-elettriku simultanja.

Artikolu 8 2

2.   Il-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprovdi għal approċċ probabilistiku, inklużi xenarji multipli, u għandha tqis il-kuntesti nazzjonali, reġjonali u tal-Unjoni, inkluż il-livell ta' interkonnessjoni bejn l-Istati Membri u, kemm jista' jkun, pajjiżi terzi li jinsabu fi ħdan żona sinkronika tal-Unjoni. Il-metodoloġija għandha tqis l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-enerġija ta' kull Stat Membru, inklużi l-kondizzjonijiet speċifiċi tat-temp u ċirkustanzi esterni.

Artikolu 8 3

3.   Qabel ma jippreżenta l-metodoloġija proposta, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jwettaq eżerċizzju ta' konsultazzjoni li jinvolvi tal-anqas iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali, l-organizzazzjonijiet industrijali u tal-konsumatur, il-produtturi jew il-korpi kummerċjali tagħhom, l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni, l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet regolatorji u awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn. L-ENSTO-E għandu debitament jikkunsidra r-riżultati tal-konsultazzjoni u jippreżentahom, flimkien mal-metodoloġija proposta, f'laqgħa tal-ECG.

Artikolu 8 4

4.   Fi żmien xahrejn mindu tirċievi l-metodoloġija proposta, l-ACER għandha, wara li tikkonsulta lill-ECG fil-formazzjoni tiegħu magħmula biss minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tapprova jew temenda l-proposta. L-ENTSO għall-Elettriku u l-ACER għandhom jippubblikaw il-verżjoni finali tal-metodoloġija fuq is-siti web tagħhom.

Artikolu 8 5

5.   L-ENTSO għall-Elettriku għandu jaġġorna u jtejjeb il-metodoloġija skont il-paragrafi 1 sa 4 meta ssir disponibbli informazzjoni ġdida sinifikanti. L-ECG fil-formazzjoni tiegħu magħmul biss minn rappreżentanti tal-Istati Membri, jista' jirrakkomanda, u l-ACER jew il-Kummissjoni jistgħu jitolbu, tali aġġornamenti u titjib filwaqt li debitament jipprovdu l-ġustifikazzjoni tagħhom. Fi żmien sitt xhur mit-talba, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jippreżenta lill-ACER abbozz tat-tibdiliet proposti. Fi żmien xahrejn mindu tirċievi tali abbozz, l-ACER għandha, wara li tikkonsulta lill-ECG fil-formazzjoni tiegħu magħmula biss minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tapprova jew temenda t-tibdiliet proposti. L-ENTSO għall-Elettriku u l-ACER għandhom jippubblikaw il-verżjoni finali tal-metodoloġija aġġornata fuq is-siti web tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0941
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.