1. Fuq il-bażi tax-xenarji ta' kriżi tal-elettriku reġjonali u nazzjonali identifikati skont l-Artikoli 6 u 7, l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tistabbilixxi pjan ta' tħejjija għar-riskji, wara li jikkonsulta lill-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni meqjusa rilevanti mill-awtorità kompetenti, lill-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni, lill-produtturi rilevanti jew il-korpi kummerċjali tagħhom, lill-intrapriżi tal-elettriku u tal-gass naturali, lill-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi industrijali u dawk mhux industrijali tal-elettriku, u lill-awtorità regolatorja fejn din ma tkunx l-awtorità kompetenti.