+Artikolu 10 L-istabbiliment ta' pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4
---+Artikolu 10 5
---+Artikolu 10 6
---+Artikolu 10 7
---+Artikolu 10 8
|
Artikolu 10 L-istabbiliment ta' pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1
|
1. Fuq il-bażi tax-xenarji ta' kriżi tal-elettriku reġjonali u nazzjonali identifikati skont l-Artikoli 6 u 7, l-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha tistabbilixxi pjan ta' tħejjija għar-riskji, wara li jikkonsulta lill-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni meqjusa rilevanti mill-awtorità kompetenti, lill-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni, lill-produtturi rilevanti jew il-korpi kummerċjali tagħhom, lill-intrapriżi tal-elettriku u tal-gass naturali, lill-organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi industrijali u dawk mhux industrijali tal-elettriku, u lill-awtorità regolatorja fejn din ma tkunx l-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 10 2
|
2. Il-pjan ta' tħejjija għar-risjki għandu jikkonsisti f'miżuri nazzjonali u, fejn applikabbli, f'miżuri reġjonali u bilaterali kif previst fl-Artikoli 11 u 12. F'konformità mal-Artikolu 16, il-miżuri kollha ppjanati jew meħudin ta' prevenzjoni, tħejjija, u mitigazzjoni fir-rigward ta' kriżijiet tal-elettriku għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mar-regoli li jirregolaw is-suq intern tal-elettriku u t-tħaddim tas-sistemi. Dawk il-miżuri għandhom ikunu definiti b'mod ċar, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji.
|
|
Artikolu 10 3
|
3. Il-pjan ta' tħejjija għar-riskji għandu jiġi żviluppat skont l-Artikoli 11 u 12 u skont il-mudell stabbilit fl-Anness. Jekk ikun meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jinkludu informazzjoni addizzjonali fil-pjan ta' tħejjija għar-riskji.
|
|
Artikolu 10 4
|
4. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, qabel ma jadottaw il-pjanijiet tagħhom ta' tħejjija għar-riskji, jippreżentaw l-abbozzi tal-pjanijiet, għall-konsultazzjoni, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri rilevanti fir-reġjun u, fejn ma jkunux fl-istess reġjun, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konnessi direttament, kif ukoll lill-ECG.
|
|
Artikolu 10 5
|
5. Fi żmien sitt xhur mindu jirċievu l-abbozz tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji, l-awtoritajiet kompetenti msemmijja fil-paragrafu 4 u l-ECG jistgħu joħorġu rakkomandazzjonijiet relatati mal-abbozzi tal-pjanijiet ippreżentati skont il-paragrafu 4.
|
|
Artikolu 10 6
|
6. Fi żmien disa' xhur mill-preżentazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jadottaw il-pjanijiet tagħhom ta' tħejjija għar-riskji, filwaqt li jqisu r-riżultati tal-konsultazzjoni skont il-paragrafu 4 u kwalunkwe rakkomandazzjoni maħruġa skont il-paragrafu 5. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji tagħhom mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 10 7
|
7. L-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jippubblikaw il-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji fuq is-siti web tagħhom, filwaqt li jiżguraw il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva, b'mod partikolari informazzjoni dwar miżuri relatati mal-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni ta' konsegwenzi ta' attakki malizzjużi. Il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità ta' informazzjoni sensittiva għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ddeterminati skont l-Artikolu 19.
|
|
Artikolu 10 8
|
8. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw u jippubblikaw l-ewwel pjanijiet tagħhom ta' tħejjija għar-riskji sal-5 ta' Jannar 2022. Għandhom sussegwentement jaġġornawhom kull erba' snin, sakemm iċ-ċirkustanzi ma jiġġustifikawx aġġornamenti aktar spissi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0941
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|