+Artikolu 11 Il-kontenut tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji fir-rigward ta' miżuri nazzjonali
---+Artikolu 11 1
---+Artikolu 11 2
|
Artikolu 11 Il-kontenut tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji fir-rigward ta' miżuri nazzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1
|
1. Kull pjan ta' tħejjija għar-riskji ta' kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-miżuri nazzjonali kollha li jkunu ppjanati jew meħuda għall-prevenzjoni, tħejjija u mitigazzjoni fir-rigward ta' kriżijiet tal-elettriku kif identifikati skont l-Artikoli 6 u 7. Tal-anqas għandu:
|
(a)
|
jinkludi sommarju tax-xenarji ta' kriżi tal-elettriku definiti għall-Istat Membru u r-reġjun rilevanti, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7;
|
|
(b)
|
jistabbilixxi r-rwol u r-responsabbiltajiet tal-awtorità kompetenti u jiddeskrivi liema kompiti, jekk ikun il-każ, ġew delegati lil korpi oħra;
|
|
(c)
|
jiddeskrivi l-miżuri nazzjonali mfasslin għall-prevenzjoni ta', jew għat-tħejjija għal, ir-riskji identifikati skont l-Artikoli 6 u 7;
|
|
(d)
|
jinnomina koordinatur għall-kriżijiet nazzjonali u jistabbilixxi l-kompiti tiegħu;
|
|
(e)
|
jistabbilixxi proċeduri ddettaljati li għandhom jiġu segwiti fi kriżijiet tal-elettriku, inklużi l-iskemi korrispondenti dwar flussi ta' informazzjoni;
|
|
(f)
|
jidentifika l-kontribuzzjoni tal-miżuri bbażati fuq is-suq fit-trattament ta' kriżijiet tal-elettriku, b'mod partikolari miżuri mil-lat tad-domanda u dak tal-provvista;
|
|
(g)
|
jidentifika miżuri possibbli mhux ibbażati fuq is-suq li għandhom jiġu implimentati fi kriżijiet tal-elettriku, filwaqt li jispeċifika l-iskattaturi, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tagħhom, u jindika kif jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 u mal-miżuri reġjonali u bilaterali;
|
|
(h)
|
jipprovdi qafas għat-tneħħija manwali tat-tagħbija, li jistipula ċ-ċirkostanzi li fihom għandhom jitneħħew it-tagħbijiet u, fir-rigward tas-sikurezza pubblika u s-sigurtà personali, li jispeċifika liema kategoriji ta' utenti tal-elettriku huma, skont il-liġi nazzjonali, intitolati li jirċievu protezzjoni speċjali kontra l-iskonnessjoni, filwaqt li jiġġustifika l-ħtieġa ta' tali protezzjoni, u jispeċifika kif l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni tal-Istati Membri kkonċernati għandhom inaqqsu l-konsum;
|
|
(i)
|
jiddeskrivi l-mekkaniżmi użati sabiex il-pubbliku jiġi informat dwar kriżijiet tal-elettriku;
|
|
(j)
|
jiddeskrivi l-miżuri nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-miżuri reġjonali u, fejn applikabbli, tal-miżuri bilaterali maqbula skont l-Artikolu 12;
|
|
(k)
|
jinkludi informazzjoni dwar pjanijiet relatati u neċessarji għall-iżvilupp tal-grilja futura li ser tgħin biex jiġu trattati l-konsegwenzi ta' xenarji identifikati ta' kriżi tal-elettriku.
|
|
|
Artikolu 11 2
|
2. Il-miżuri nazzjonali kollha għandhom iqisu l-miżuri reġjonali u, fejn applikabbli, miżuri bilaterali li dwarhom sar qbil skont l-Artikolu 12 u m'għandhomx jipperikolaw is-sigurtà operazzjonali jew is-sikurezza tas-sistema ta' trażmissjoni, u lanqas is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija ta' Stati Membri oħrajn.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0941
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|