+Artikolu 13 Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4

Artikolu 13 Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-pjanijiet ta' tħejjija għar-riskji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1

1.   Fi żmien erba' xhur min-notifika tal-pjan ta' tħejjija għar-riskji adottat mill-awtorità kompetenti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjan filwaqt li debitament tqis il-fehmiet espressi mill-ECG.

Artikolu 13 2

2.   Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-ECG, toħroġ opinjoni mhux vinkolanti, li tistabbilixxi raġunijiet dettaljati, u tippreżentaha lill-awtorità kompetenti, b'rakkomandazzjoni biex jiġi rivedut il-pjan tagħha ta' tħejjija għar-riskji, fejn dak il-pjan:

(a)

ma jkunx effettiv fil-mitigazzjoni tar-riskji identifikati fix-xenarji ta' kriżi tal-elettriku;

(b)

ikun inkonsistenti max-xenarji ta' kriżi tal-elettriku identifikati jew mal-pjan ta' tħejjija għar-riskji ta' Stat Membru ieħor;

(c)

ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10(2);

(d)

jistabbilixxi miżuri li x'aktarx jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-elettriku ta' Stati Membri oħrajn;

(e)

ifixkel indebitament il-kompetizzjoni u l-funzjonament effettiv tas-suq intern; jew

(f)

ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew ma' dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni.

Artikolu 13 3

3.   Fi żmien tliet xhur mindu tirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tqis bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u għandha jew tinnotifika l-pjan ta' tħejjija għar-riskji emendat lill-Kummissjoni jew tinnotifika lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għalfejn toġġezzjona għar-rakkomandazzjoni.

Artikolu 13 4

4.   Fil-każ li l-awtorità kompetenti toġġezzjona għar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista', fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi n-notifika tal-awtorità kompetenti dwar r-raġunijiet għall-oġġezzjoni, tirtira r-rakkomandazzjoni tagħha jew issejjaħ laqgħa mal-awtorità kompetenti u, fejn il-Kummissjoni tqis li jkun meħtieġ, mal-ECG, sabiex tivvaluta l-kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi raġunijiet dettaljati għalfejn tkun talbet kwalunkwe modifika għall-pjan ta' tħejjija għar-riskji. Fejn il-pożizzjoni finali tal-awtorità kompetenti kkonċernata tvarja mir-raġunijiet dettaljati tal-Kummissjoni, dik l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-Kummissjoni r-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħha fi żmien xahrejn minn meta tirċievi r-raġunijiet dettaljati tal-Kummissjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0941
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.