3. L-Istati Membri għandhom jaqblu dwar l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri reġjonali jew bilaterali qabel ma tiġi offruta assistenza. Tali arranġamenti għandhom jispeċifikaw, fost l-oħrajn, il-kwantità massima ta' elettriku li għandu jitwassal fil-livell reġjonali jew bilaterali, l-iskattatur għal kwalunkwe assistenza u għas-sospensjoni tal-assistenza, kif l-elettriku ser jitwassal, u d-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens ġust bejn l-Istati Membri skont il-paragrafi 4, 5 u 6.