+Artikolu 15 Il-kooperazzjoni u l-assistenza
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
---+Artikolu 15 5
---+Artikolu 15 6
---+Artikolu 15 7
---+Artikolu 15 8
---+Artikolu 15 9
|
Artikolu 15 Il-kooperazzjoni u l-assistenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jaġixxu u jikkooperaw fi spirtu ta' solidarjetà sabiex jipprevjenu u jiġġestixxu kriżijiet tal-elettriku.
|
|
Artikolu 15 2
|
2. Fejn ikollhom il-kompetenza teknika meħtieġa, l-Istati Membri għandhom joffru assistenza lil xulxin permezz ta' miżuri reġjonali jew bilaterali li dwarhom sar qbil skont dan l-Artikolu u skont l-Artikolu 12 qabel ma tingħata dik assistenza. Għal dak il-għan, u bl-iskop tal-protezzjoni tas-sikurezza pubblika u s-sigurtà personali, l-Istati Membri għandhom jaqblu dwar miżuri reġjonali jew bilaterali tal-għażla tagħhom sabiex jitwassal l-elettriku b'mod koordinat.
|
|
Artikolu 15 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jaqblu dwar l-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri reġjonali jew bilaterali qabel ma tiġi offruta assistenza. Tali arranġamenti għandhom jispeċifikaw, fost l-oħrajn, il-kwantità massima ta' elettriku li għandu jitwassal fil-livell reġjonali jew bilaterali, l-iskattatur għal kwalunkwe assistenza u għas-sospensjoni tal-assistenza, kif l-elettriku ser jitwassal, u d-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens ġust bejn l-Istati Membri skont il-paragrafi 4, 5 u 6.
|
|
Artikolu 15 4
|
4. L-assistenza għandha tkun soġġetta għal ftehim minn qabel bejn l-Istati Membri kkonċernati fir-rigward ta' kumpens ġust, li tal-inqas għandu jkopri:
|
(a)
|
l-ispiża tal-elettriku li jitwassal fit-territorju tal-Istat Membru li jitlob assistenza kif ukoll l-ispejjeż ta' trażmissjoni assoċjati; u
|
|
(b)
|
kwalunkwe spiża raġonevoli oħra mġarrba mill-Istat Membru li jipprovdi l-assistenza, inkluż rigward rimborż għal assistenza ppreparata mingħajr attivazzjoni effettiva, kif ukoll kwalunkwe spiża li tirriżulta minn proċeduri ġudizzjarji, proċedimenti ta' arbitraġġ jew proċedimenti u ħlas simili.
|
|
|
Artikolu 15 5
|
5. Il-kumpens ġust skont il-paragrafu 4 għandu jinkludi, inter alia, l-ispejjeż raġonevoli kollha li l-Istat Membru li jipprovdi l-assistenza jġarrab minn obbligu li jħallas kumpens minħabba d-drittijiet fundamentali garantiti mid-dritt tal-Unjoni u minħabba l-obbligi internazzjonali applikabbli meta jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar l-assistenza u spejjeż raġonevoli ulterjuri mġarrba mill-ħlas ta' kumpens skont regoli nazzjonali dwar il-kumpens.
|
|
Artikolu 15 6
|
6. L-Istat Membru li jitlob assistenza għandu jħallas fil-pront, jew jiżgura l-ħlas fil-pront, tal-kumpens ġust lill-Istat Membru li jipprovdi l-assistenza.
|
|
Artikolu 15 7
|
7. Il-Kummissjoni għandha, sal-5 ta' Jannar 2020, wara li tkun ikkonsultat lill-ECG u lill-ACER, tipprovdi għal gwida mhux vinkolanti dwar l-elementi ewlenin tal-kumpens ġust imsemmi fil-paragrafi 3 sa 6 u elementi ewlenin oħra tal-arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji msemmija fil-paragrafu 3 kif ukoll dwar il-prinċipji ġenerali tal-assistenza reċiproka msemmija fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 15 8
|
8. F'każ ta' kriżi tal-elettriku li fiha l-Istati Membri ma jkunux għadhom qablu dwar miżuri reġjonali jew bilaterali u arranġamenti tekniċi, legali u finanzjarji skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jaqblu dwar miżuri u arranġamenti ad hoc sabiex japplikaw dan l-Artikolu, inkluż rigward kumpens ġust skont il-paragrafi 4, 5 u 6. Fejn Stat Membru jitlob assistenza qabel ma jsir qbil dwar tali miżuri u arranġamenti ad hoc, dan għandu jintrabat, qabel ma jirċievi assistenza, li jħallas kumpens ġust skont il-paragrafi 4, 5 u 6.
|
|
Artikolu 15 9
|
9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar l-assistenza jiġu implimentati f'konformità mat-Trattati, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u obbligi internazzjonali applikabbli oħra. Huma għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għal dan il-għan.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0941
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|