+Artikolu 17 Evalwazzjoni ex post
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
---+Artikolu 17 4
|
Artikolu 17 Evalwazzjoni ex post
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1
|
1. Mill-aktar fis possibbli u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tliet xhur wara t-tmiem ta' kriżi tal-elettriku, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li ddikjara l-kriżi tal-elettriku għandha tipprovdi rapport ta' evalwazzjoni ex post lill-ECG u lill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità regolatorja fejn l-awtorità regolatorja ma tkunx l-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 17 2
|
2. Tal-anqas ir-rapport ta' evalwazzjoni ex post għandu jinkludi:
|
(a)
|
deskrizzjoni tal-avveniment li wassal għall-kriżi tal-elettriku;
|
|
(b)
|
deskrizzjoni ta' kulle miżura preventiva, preparatorja u ta' mitigazzjoni meħuda u valutazzjoni tal-proporzjonalità u tal-effikaċja tagħha;
|
|
(c)
|
valutazzjoni tal-impatt transfruntier tal-miżuri meħudin;
|
|
(d)
|
rendikont tal-assistenza mħejjija, kemm jekk b'attivazzjoni effettiva kif ukoll jekk mingħajr, ipprovduta lil, jew riċevuta minn, Stati Membri ġirien u pajjiżi terzi;
|
|
(e)
|
l-impatt ekonomiku tal-kriżi tal-elettriku u l-impatt tal-miżuri meħudin fuq is-settur tal-elettriku sal-punt permess mid-data disponibbli fiż-żmien tal-valutazzjoni, b'mod partikolari l-volumi ta' enerġija mhux servita u l-livell ta' skonnessjoni manwali tad-domanda (inkluż paragun bejn il-livell ta' skonnessjoni volontarja u skonnessjoni furzata tad-domanda);
|
|
(f)
|
raġunijiet li jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta' kwalunkwe miżura mhux ibbażata fuq is-suq;
|
|
(g)
|
kwalunkwe titjib possibbli jew titjib propost fil-pjan ta' tħejjija għar-riskji;
|
|
(h)
|
ħarsa ġenerali lejn titjib possibbli tal-iżvilupp tal-grilja f'każijiet fejn żvilupp insuffiċjenti tan-netwerk ikkawża jew ikkontribwixxa għall-kriżi tal-elettriku.
|
|
|
Artikolu 17 3
|
3. Fejn iqisu li l-informazzjoni pprovduta fir-rapport ta' evalwazzjoni ex post mhijiex suffiċjenti, l-ECG u l-Kummissjoni jistgħu jitolbu li l-awtorità kompetenti kkonċernata tipprovdi informazzjoni addizzjonali.
|
|
Artikolu 17 4
|
4. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tippreżenta r-riżultati tal-evalwazzjoni ex post f'laqgħa tal-ECG. Dawk ir-riżultati għandhom ikunu riflessi fil-pjan aġġornat ta' tħejjija għar-riskji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0941
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|