Artikolu 21
Sa meta Ċipru jiġi konness direttament ma' Stat Membru ieħor, l-Artikoli 6 u 12 u l-Artikolu 15(2) sa (9) m'għandhomx japplikaw la bejn Ċipru u Stati Membri oħra, u lanqas għall-ENTSO għall-Elettriku fir-rigward ta' Ċipru. Ċipru u Stati Membri rilevanti oħra jistgħu jiżviluppaw, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, miżuri u proċeduri alternattivi għal dawk previsti fl-Artikoli 6 u 12 u fl-Artikolu 15(2) sa (9), sakemm tali miżuri u proċeduri alternattivi ma jaffettwawx l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament bejn l-Istati Membri l-oħra.