|
+Artikolu 2 Tipi ta' atti tal-ACER |
Artikolu 2 Tipi ta' atti tal-ACERArtikolu 2 Tipi ta' atti tal-ACER L-ACER għandha:
(a)
tagħti opinjonijiet u tagħmel rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni, lill-ENTSO tal-Elettriku lill-ENTSO tal-Gass, lin-Network Ewropew tal-Operaturi tan-Networks għall-Idroġenu (ENNOH), lill-entità tal-UE għad-DSO, liċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali, lill-operaturi nominati tas-suq tal-elettriku, u lill-entitajiet stabbiliti mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-gass naturali, l-operaturi tas-sistemi tal-LNG, l-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali jew l-operaturi tal-ħażna tal-idroġenu jew l-operaturi tan-networks tal-idroġenu;
(aa)
toħroġ opinjonijiet u tagħti rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-pjattaforma unika ta’ allokazzjoni stabbilita f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1719 ( 1 );
(b)
tagħti opinjonijiet u tagħmel rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet regolatorji;
(c)
toħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, jew lill-Kummissjoni;
(d)
toħroġ deċiżjonijiet individwali dwar l-għoti ta’ informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 3(2), l-Artikolu 7(2), il-punt (b), u l-Artikolu 8, il-punt (c); dwar l-approvazzjoni tal-metodoloġiji, it-termini u l-kundizzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 4(4), l-Artikolu 5(2), (3) u (4); dwar ir-rieżamijiet taż-żoni tal-offerti kif imsemmi fl-Artikolu 5(7); dwar kwistjonijiet tekniċi kif imsemmi fl-Artikolu 6(1); dwar l-arbitraġġ bejn ir-regolaturi f’konformità mal-Artikolu 6(10); relatati maċ-ċentri ta’ koordinazzjoni reġjonali kif imsemmi fl-Artikolu 7(2), il-punt (a); dwar l-approvazzjoni u l-emendar ta’ metodoloġiji u kalkoli u speċifikazzjonijiet tekniċi kif imsemmi fl-Artikolu 9(1); dwar l-approvazzjoni u l-emendar ta’ metodoloġiji kif imsemmi fl-Artikolu 9(3); dwar l-eżenzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 10; dwar l-infrastruttura kif imsemmi fl-Artikolu 11, il-punt (d); dwar kwistjonijiet relatati mal-integrità u t-trasparenza tas-suq bl-ingrossa skont l-Artikolu 12; u dwar l-approvazzjoni u l-emendar tal-proposta konġunta mill-ENTSO għall-Elettriku u mill-entità tal-UE għad-DSO rigward it-tip ta’ data u l-format u l-metodoloġija relatata mal-analiżi li għandha tiġi pprovduta fir-rigward tal-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà skont l-Artikolu 5(9); 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|