|
+Artikolu 11 Il-kompiti tal-ACER fir-rigward tal-infrastruttura |
Artikolu 11 Il-kompiti tal-ACER fir-rigward tal-infrastrutturaArtikolu 11 Il-kompiti tal-ACER fir-rigward tal-infrastruttura F'dak li jirrigwarda l-infrastrutturi tal-enerġija trans-Ewropej, l-ACER, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet regolatorji u mal-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass, għandha:
(a)
timmonitorja l-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' proġetti sabiex tinħoloq kapaċità ta' interkonnetturi;
(b)
timmonitorja l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-iżvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha. Jekk l-ACER issib inkonsistenzi bejn dawk il-pjanijiet u l-implimentazzjoni tagħhom, hija għandha tinvestiga r-raġunijiet ta' dawk l-inkonsistenzi u tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-operaturi tas-sistemi ta' trażmizzjoni konċernati, lill-awtoritajiet regolatorji jew entitajiet kompetenti oħrajn konċernati bl-iskop li jiġu implimentati l-investimenti skont il-pjanijiet għall-iżvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha;
(c)
twettaq l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5, fl-Artikoli 11(3), fl-Artikoli 11(6) sa (9), fl-Artikoli 12, 13 u 17 u fit-Taqsima 2, il-punt (12), tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2022/869tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );
(d)
tieħu deċiżjonijiet dwar talbiet ta’ investiment, inkluża l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet skont l-Artikolu 16(7) tar-Regolament (UE) 2022/869. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|