|
+Artikolu 22 5. |
Artikolu 22 5.Il-Bord tar-Regolaturi għandu:
(a)
jagħti opinjonijiet u, fejn xieraq, kummenti u emendi għat-test tal-proposti tad--Direttur għal abbozzi ta' opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3(1), l-Artikoli 4 sa 8, l-Artikolu 9(1) u (3), l-Artikolu 10, il-punt (c) tal-Artikolu 11, l-Artikolu 13, l-Artikolu 15(4), u l-Artikoli 30 u 43 li huma kkunsidrati għall-adozzjoni;
(b)
fl-ambitu tal-kompetenza tiegħu, jservi ta' gwida lid-Direttur fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-attivitajiet tal-ACER skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u jservi ta' gwida lill-gruppi ta' ħidma tal-ACER stabbiliti skont l-Artikolu 30.
(c)
jipprovdi opinjoni lill-Bord tal-Amministrazzjoni dwar il-kandidat li jkun ser jinħatar bħala Direttur bi qbil mal-punt (a) tal-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 23(2);
(d)
japprova d-dokument ta' programmazzjoni skont l-Artikolu 20(1);
(e)
japprova t-taqsima indipendenti tar-rapport annwali rigward l-attivitajiet regolatorji, skont il-punt (k) tal-Artikolu 19(1) u l-punt (i) tal-Artikolu 24(1);
(f)
jagħti opinjoni lill-Bord tal-Amministrazzjoni dwar ir-regoli ta' proċedura skont l-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 30(3);
(g)
jagħti opinjoni lill-Bord tal-Amministrazzjoni dwar il-pjanijiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fl-Artikolu 41;
(h)
jagħti opinjoni lill-Bord tal-Amministrazzjoni dwar ir-regoli ta' proċedura għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 43. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|