+Artikolu 22 Funzjonijiet tal-Bord tar-Regolaturi
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.
|
Artikolu 22 Funzjonijiet tal-Bord tar-Regolaturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
Il-Bord tar-Regolaturi għandu jaġixxi b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri preżenti tiegħu b'vot għal kull membru.
|
|
Artikolu 22 2.
|
Il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta u jippubblika r-regoli ta' proċeduri tiegħu li għandhom jistabbilixxu b'aktar dettalji l-arranġamenti li jirregolaw il-votazzjoni, b'mod partikolari l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom membru wieħed jista' jaġixxi f'isem ieħor u anki, fejn ikun xieraq, ir-regoli li jirregolaw il-kworums. Ir-regoli ta' proċedura jistgħu jipprevedu metodi ta' ħidma għall-konsiderazzjoni ta' kwistjonijiet li jqumu fil-kuntest ta' inizjattivi ta' kooperazzjoni reġjonali.
|
|
Artikolu 22 3.
|
Fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lilu b'dan ir-Regolament, u mingħajr preġudizzju għall-membri tiegħu li jaġixxu f'isem l-awtorità regolatorja rispettiva tagħhom, il-Bord tar-Regolaturi għandu jaġixxi b'mod indipendenti u m'għandu jfittex jew jaċċetta istruzzjonijiet minn ebda gvern ta' xi Stat Membru, mill-Kummissjoni, jew minn xi entità pubblika jew privata oħra.
|
|
Artikolu 22 4.
|
Is-servizzi segretarjali tal-Bord tar-Regolaturi għandhom jiġu pprovduti mill-Aġenzija.
|
|
Artikolu 22 5.
|
Il-Bord tar-Regolaturi għandu:
(a)
jagħti opinjonijiet u, fejn xieraq, kummenti u emendi għat-test tal-proposti tad--Direttur għal abbozzi ta' opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3(1), l-Artikoli 4 sa 8, l-Artikolu 9(1) u (3), l-Artikolu 10, il-punt (c) tal-Artikolu 11, l-Artikolu 13, l-Artikolu 15(4), u l-Artikoli 30 u 43 li huma kkunsidrati għall-adozzjoni;
(b)
fl-ambitu tal-kompetenza tiegħu, jservi ta' gwida lid-Direttur fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-attivitajiet tal-ACER skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u jservi ta' gwida lill-gruppi ta' ħidma tal-ACER stabbiliti skont l-Artikolu 30.
(c)
jipprovdi opinjoni lill-Bord tal-Amministrazzjoni dwar il-kandidat li jkun ser jinħatar bħala Direttur bi qbil mal-punt (a) tal-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 23(2);
(d)
japprova d-dokument ta' programmazzjoni skont l-Artikolu 20(1);
(e)
japprova t-taqsima indipendenti tar-rapport annwali rigward l-attivitajiet regolatorji, skont il-punt (k) tal-Artikolu 19(1) u l-punt (i) tal-Artikolu 24(1);
(f)
jagħti opinjoni lill-Bord tal-Amministrazzjoni dwar ir-regoli ta' proċedura skont l-Artikolu 14(5) u l-Artikolu 30(3);
(g)
jagħti opinjoni lill-Bord tal-Amministrazzjoni dwar il-pjanijiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fl-Artikolu 41;
(h)
jagħti opinjoni lill-Bord tal-Amministrazzjoni dwar ir-regoli ta' proċedura għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 43.
|
|
Artikolu 22 6.
|
Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat dwar l-abbozz ta' aġenda tal-laqgħat li jmiss tal-Bord tar-Regolaturi mill-anqas ġimagħtejn qabel ma ssir laqgħa. Fi żmien ġimagħtejn wara l-laqgħa tal-Bord tar-Regolaturi, l-abbozz tal-minuti tal-laqgħa għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden, filwaqt li jirrispetta l-indipendenza tiegħu, lill-President tal-Bord tar-Regolaturi, jew lill-Viċi President, biex jagħmel stqarrija quddiem il-kumitat kompetenti tiegħu u biex iwieġeb il-mistoqsijiet li jkunu saru mill-membri ta' dan il-kumitat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0942
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|