|
+Artikolu 3 Prinċipji dwar it-tħaddim tas-swieq tal-elettriku |
Artikolu 3 Prinċipji dwar it-tħaddim tas-swieq tal-elettrikuArtikolu 3 Prinċipji dwar it-tħaddim tas-swieq tal-elettriku L-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, l-operaturi tas-suq u l-operaturi delegati għandhom jiżguraw li s-swieq tal-elettriku jitħaddmu skont il-prinċipji li ġejjin:
(a)
il-prezzijiet għandhom jiġu stabbiliti abbażi tad-domanda u l-provvista;
(b)
ir-regoli tas-suq għandhom jinkoraġġixxu l-formazzjoni libera tal-prezzijiet u għandhom jevitaw l-azzjonijiet li jipprevjenu l-formazzjoni tal-prezzijiet abbażi tad-domanda u l-provvista;
(c)
ir-regoli tas-suq għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' ġenerazzjoni aktar flessibbli, ġenerazzjoni sostenibbli b'livell baxx ta' karbonju, u domanda aktar flessibbli;
(d)
il-klijenti għandhom jitħallew jibbenefikaw minn opportunitajiet tas-suq u minn kompetizzjoni akbar tas-swieq tal-konsumaturi u għandhom jingħataw is-setgħa jaġixxu bħala parteċipanti fis-suq tal-enerġija u fit-tranżizzjoni tal-enerġija;
(e)
il-parteċipazzjoni fis-suq tal-klijenti finali u tal-impriżiżgħar għandha ssir bl-aggregazzjoni tal-ġenerazzjoni minn faċilitajiet multipli ta' ġenerazzjoni ta'enerġija jew ta' tagħbija minn faċilitajiet ta' rispons għal domanda multipla biex jipprovdu offerti konġunti fuq is-suq tal-elettriku u jitħaddmu b'mod konġunt fis-sistema tal-elettriku, f'konformità mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni;
(f)
ir-regoli tas-suq għandhom jippermettu d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-elettriku u b'hekk tal-ekonomija, inkluż billi jippermettu l-integrazzjoni tal-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli u jipprovdu inċentivi għall-effiċjenza fl-enerġija;
(g)
ir-regoli tas-suq għandhom iwasslu għal inċentivi xierqa ta' investiment għall-ġenerazzjoni, b'mod partikolari għal investimenti fit-tul f' sistema tal-elettriku dekarbonizzata u sostenibbli, il-ħżin tal-enerġija, l-effiċjenza fl-enerġija, ir-rispons tad-domanda, u għandhom jiffaċilitaw tal-kompetizzjoni ġusta biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-suq u b'hekk jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija;
(h)
għandhom jitneħħew b'mod progressiv l-ostakoli għall-flussi transkonfinali tal-elettriku bejn iż-żoni tal-offerti jew l-Istati Membri u għat-tranżazzjonijiet transkonfinali fis-swieq tal-elettriku u tas-servizzi relatati;
(i)
ir-regoli tas-suq għandhom jipprovdu għall-kooperazzjoni reġjonali meta tkun effettiva;
(j)
il-ġenerazzjoni, il-ħzin u r-rispons għad-domanda siguri u sostenibbli tal-enerġija għandhom jipparteċipaw fis-suq fuq bażi ugwali, skont ir-rekwiżiti previsti fil-liġi tal-Unjoni;
(k)
il-produtturi kollha għandhom ikunu direttament jew indirettament responsabbli għall-bejgħ tal-elettriku li jiġġeneraw;
(l)
ir-regoli tas-suq għandhom jippermettu l-iżvilupp ta' proġetti ta' dimostrazzjoni f'sorsi, teknoloġiji jew sistemi ta' enerġija sostenibbli, siguri u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju li għandhom jitwettqu u jintużaw għall-benefiċċju tas-soċjetà;
(m)
ir-regoli tas-suq għandhom jippermettu d-dispaċċ effiċjenti tal-assi ta' ġenerazzjoni, ta' ħżin tal-enerġija u tar-rispons tad-domanda;
(n)
ir-regoli tas-suq għandhom jippermettu d-dħul u l-ħruġ tal-impriżi tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, tal-ħżin tal-enerġija u tal-provvista tal-elettriku skont il-valutazzjoni ta'dawk l-impriżi tal-vijabbiltà finanzjarja u ekonomika tal-operazzjonijiet tagħhom;
(o)
sabiex il-parteċipanti fis-suq ikunu protetti kontra r-riskji ta' volatilità tal-prezzijiet abbażi tas-suq u tittaffa l-inċertezza fuq ir-redditu futur fuq l-investiment, l-prodotti ta' ħħeġġjar fit-tul għandhom ikunu kummerċjabbli fil-Borża b'mod trasparenti u l-kuntratti ta' provvista fit-tul tal-elettriku għandhom ikunu negozjabbli barra l-Borża, soġġetti għall-konformità mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni
(p)
Ir-regoli tas-suq għandhom jiffaċilitaw il-kummerċ tal-prodotti madwar l-Unjoni, u l-bidliet regolatorji għandhom iqisu l-effetti fuq is-swieq u l-prodotti forward u futuri kemm fuq terminu qasir kif ukoll fuq terminu twil;
(q)
il-parteċipanti fis-suq għandhom id-dritt li jiksbu aċċess għan-netwerks ta' trażmissjoni u distribuzzjoni b'kundizzjonijiet oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|