|
+Artikolu 7 2. |
Artikolu 7 2.Is-suq ta' ġurnata bil-quddiem u s-suq tal-istess ġurnata għandhom:
(a)
ikunu organizzati b'tali mod li ma jkunux diskriminatorji;
(b)
jimmassimizzaw l-abilità tal-parteċipanti kollha fis-suq li jimmaniġġjaw l-iżbilanċi;
(c)
jimmassimizzaw l-opportunitajiet għall-parteċipanti kollha fis-suq biex jipparteċipaw f’kummerċ transżonali u intrażonali b’mod nondiskriminatorju u qrib kemm jista jkun il-ħin reali fiż-żoni tal-offerti kollha;
(ca)
jiġu organizzati b’tali mod li tiġi żgurata l-kondiviżjoni tal-likwidità bejn in-NEMOs kollha, fil-ħinijiet kollha, kemm għall-kummerċ transżonali kif ukoll għall-kummerċ intrażonali. Għas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem, minn siegħa qabel il-ħin tal-għeluq tan-negozju sal-aħħar punt fiż-żmien meta jkun permess il-kummerċ ta’ ġurnata bil-quddiem, in-NEMOs għandhom jissottomettu l-ordnijiet kollha għal prodotti ta’ ġurnata bil-quddiem u prodotti bl-istess karatteristiċi lill-akkoppjament singolu ta’ ġurnata bil-quddiem fuq naħa waħda u ma għandhomx jorganizzaw negozjar bi prodotti ta’ ġurnata bil-quddiem jew prodotti bl-istess karatteristiċi barra mill-akkoppjament singolu ta’ ġurnata bil-quddiem fuq in-naħa l-oħra. Għas-suq tal-istess ġurnata, mill-ħin tal-ftuħ tan-negozju tal-akkoppjament singolu tal-istess ġurnata sal-aħħar punt fiż-żmien meta n-negozjar tal-istess ġurnata jkun permess f’żona tal-offerti partikolari, in-NEMOs jissottomettu l-ordnijiet kollha għall-prodotti tal-istess ġurnata u prodotti bl-istess karatteristiċi lill-akkoppjament singolu tal-istess ġurnata fuq naħa u ma għandhomx jorganizzaw negozjar ma’ prodotti tal-istess ġurnata jew prodotti bl-istess karatteristiċi barra mill-akkoppjament tal-istess ġurnata fuq in-naħa l-oħra. Dawk l-obbligi għandhom japplikaw għan-NEMOs, għall-impriżi li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll fuq xi NEMO, u għal impriżi li direttament jew indirettament huma kkontrollati minn NEMO;
(d)
jipprovdu prezzijiet li jirriflettu l-prinċipji fundamentali tas-suq, inkluż il-valur tal-enerġija fil-ħin reali, li fuqhom l-parteċipanti fis-suq ikunu jistgħu jserrħu fuqhom meta jaqblu dwar l-iħħeġġjar tal-prodotti fuq perjodu itwal ta' żmien;
(e)
jiżguraw is-sigurtà operazzjonali filwaqt li jippermettu li jsir l-aħjar użu mill-kapaċità tat-trażmissjoni;
(f)
ikunu trasparenti u, fejn applikabbli, jipprovdu informazzjoni li tkun ġejja mill-unitajiet ta’ ġenerazzjoni filwaqt li fl-istess ħin jipproteġu l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva u jiżguraw li l-kummerċ isir b’mod anonimu;
(g)
ma jagħmlu l-ebda distinzjoni bejn il-kummerċ li jsir fiż-żona tal-offerti u dak li jsir madwar iż-żoni tal-offerti; u
(h)
ikunu organizzati b'tali mod li jiżguraw li l-parteċipanti kollha fis-suq ikunu jistgħu jaċċessaw għas-suq b'mod individwali jew b'mod aggregat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|