+Artikolu 7 Is-suq ta' ġurnata bil-quddiem u s-suq tal-istess ġurnata
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.

Artikolu 7 Is-suq ta' ġurnata bil-quddiem u s-suq tal-istess ġurnata

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
L-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u n-NEMOs għandhom jorganizzaw b’mod konġunt il-ġestjoni tas-swieq integrati ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata skont r-Regolament (UE) 2015/1222. L-operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni u n-NEMOs għandhom jikkooperaw fil-livell tal-Unjoni jew, fejn ikun aktar xieraq, f’livell reġjonali sabiex jimmassimizzaw l-effiċjenza u l-effettività tan-negozjar ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata tal-elettriku tal-Unjoni. L-obbligu ta’ kooperazzjoni għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni. Fil-funzjonijiet tagħhom relatati man-negozjar tal-elettriku, l-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u n-NEMOs għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza regolatorja mill-awtoritajiet regolatorji skont l-Artikolu 59 tad-Direttiva (UE) 2019/944 u mill-ACER skont l-Artikoli 4 u 8 tar-Regolament (UE) 2019/942 u għandhom jiġu soġġetti għal obbligi ta’ trasparenza u s-sorveljanza effettiva kontra l-manipulazzjoni tas-suq kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011.
Artikolu 7 2.

Is-suq ta' ġurnata bil-quddiem u s-suq tal-istess ġurnata għandhom:

(a) 

ikunu organizzati b'tali mod li ma jkunux diskriminatorji;

(b) 

jimmassimizzaw l-abilità tal-parteċipanti kollha fis-suq li jimmaniġġjaw l-iżbilanċi;

▼M2

(c) 

jimmassimizzaw l-opportunitajiet għall-parteċipanti kollha fis-suq biex jipparteċipaw f’kummerċ transżonali u intrażonali b’mod nondiskriminatorju u qrib kemm jista jkun il-ħin reali fiż-żoni tal-offerti kollha;

(ca) 

jiġu organizzati b’tali mod li tiġi żgurata l-kondiviżjoni tal-likwidità bejn in-NEMOs kollha, fil-ħinijiet kollha, kemm għall-kummerċ transżonali kif ukoll għall-kummerċ intrażonali. Għas-suq ta’ ġurnata bil-quddiem, minn siegħa qabel il-ħin tal-għeluq tan-negozju sal-aħħar punt fiż-żmien meta jkun permess il-kummerċ ta’ ġurnata bil-quddiem, in-NEMOs għandhom jissottomettu l-ordnijiet kollha għal prodotti ta’ ġurnata bil-quddiem u prodotti bl-istess karatteristiċi lill-akkoppjament singolu ta’ ġurnata bil-quddiem fuq naħa waħda u ma għandhomx jorganizzaw negozjar bi prodotti ta’ ġurnata bil-quddiem jew prodotti bl-istess karatteristiċi barra mill-akkoppjament singolu ta’ ġurnata bil-quddiem fuq in-naħa l-oħra. Għas-suq tal-istess ġurnata, mill-ħin tal-ftuħ tan-negozju tal-akkoppjament singolu tal-istess ġurnata sal-aħħar punt fiż-żmien meta n-negozjar tal-istess ġurnata jkun permess f’żona tal-offerti partikolari, in-NEMOs jissottomettu l-ordnijiet kollha għall-prodotti tal-istess ġurnata u prodotti bl-istess karatteristiċi lill-akkoppjament singolu tal-istess ġurnata fuq naħa u ma għandhomx jorganizzaw negozjar ma’ prodotti tal-istess ġurnata jew prodotti bl-istess karatteristiċi barra mill-akkoppjament tal-istess ġurnata fuq in-naħa l-oħra. Dawk l-obbligi għandhom japplikaw għan-NEMOs, għall-impriżi li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll fuq xi NEMO, u għal impriżi li direttament jew indirettament huma kkontrollati minn NEMO;

▼B

(d) 

jipprovdu prezzijiet li jirriflettu l-prinċipji fundamentali tas-suq, inkluż il-valur tal-enerġija fil-ħin reali, li fuqhom l-parteċipanti fis-suq ikunu jistgħu jserrħu fuqhom meta jaqblu dwar l-iħħeġġjar tal-prodotti fuq perjodu itwal ta' żmien;

(e) 

jiżguraw is-sigurtà operazzjonali filwaqt li jippermettu li jsir l-aħjar użu mill-kapaċità tat-trażmissjoni;

▼M2

(f) 

ikunu trasparenti u, fejn applikabbli, jipprovdu informazzjoni li tkun ġejja mill-unitajiet ta’ ġenerazzjoni filwaqt li fl-istess ħin jipproteġu l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva u jiżguraw li l-kummerċ isir b’mod anonimu;

▼B

(g) 

ma jagħmlu l-ebda distinzjoni bejn il-kummerċ li jsir fiż-żona tal-offerti u dak li jsir madwar iż-żoni tal-offerti; u

(h) 

ikunu organizzati b'tali mod li jiżguraw li l-parteċipanti kollha fis-suq ikunu jistgħu jaċċessaw għas-suq b'mod individwali jew b'mod aggregat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.