Mingħajr preġudizzju għall-kuntratti konklużi qabel l-4 ta' Lulju 2019, faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja li ġew ikkummissjonati qabel l-4 ta' Lulju 2019 u, meta ġew ikkummissjonati, kienu soġġetti għal dispaċċ ta' prijorità skont l-Artikolu 15(5) tad-Direttiva 2012/27/UE jew l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
) għandhom jibqgħu jibbenefikaw minn dispaċċ ta' prijorità. Id-dispaċċ ta' prijorità ma għandux jibqa' japplika għal tali faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mid-data li fiha l-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija ssir soġġetta għal modifiki sinifikanti, f'każ li mill-inqas ikun meħtieġ ftehim ta' konnessjoni ġdid jew fejn tiżdied il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija.