+Artikolu 12 Dispaċċ tar-rispons ta' ġenerazzjoni u tad-domanda
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.
|
Artikolu 12 Dispaċċ tar-rispons ta' ġenerazzjoni u tad-domanda
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Id-dispaċċ tal-faċilitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija u tar-rispons tad-domanda għandu jkun nondiskriminatorju, trasparenti u, sakemm ma jkunx previst mod ieħor skont il-paragrafi 2 sa 6, ibbażat fuq is-suq.
|
|
Artikolu 12 2.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jsir id-dispaċċ tal-installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, l-operaturi tas-sistema għandhom jajagħtu dispaċċ ta' prijorità lill-installazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli sa fejn tippermetti t-tħaddim sikur tas-sistema tal-elettriku nazzjonali, fuq il-bażi ta' kriterji trasparenti u nondiskriminatorji u fejn tali faċilitajiet li jiġġeneraw l-enerġija huma jew:
(a)
faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli u għandhom kapaċità tal-elettriku installata ta' inqas minn 400 kW; jew
(b)
proġetti ta' dimostrazzjoni għat-teknoloġiji innovattivi, soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja, bil-kondizzjoni li tali prijorità tkun limitata għaż-żmien u għall-miżura meħtieġa biex jinkisbu l-għanijiet tad-dimostrazzjoni.
|
|
Artikolu 12 3.
|
Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax id-dispaċċ ta' prijorità għal faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 li t-tħaddim tagħhom jibda mill-inqas sitt xhur wara dik id-deċiżjoni, jew li japplika livell kapaċità minima aktar baxxa minn dik stabbilita fil-punt (a) tal-paragrafu (2), sakemm:
(a)
is-swieq tal-istess ġurnata li jiffunzjonaw tajjeb u oħrajn bl-imnut u tal-ibbilanċjar u li dawk is-swieq ikunu kompletament aċċessibbli għall-parteċipanti kollha fis-suq skont dan ir-Regolament;
(b)
ir-regoli tad-dispaċċ mill-ġdid u l-ġestjoni tal-konġestjoni jkunu trasparenti għall-parteċipanti kollha tas-suq;
(c)
il-kontribuzzjoni nazzjonali tal-Istat Membru lejn il-mira globali vinkolanti tal-Unjoni għal sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
) u l-punt (a)(2) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
) hija mill-inqas daqs ir-riżultat korrispondenti tal-formula stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1999 u s-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli tal-Istat Membru mhuwiex taħt il-punti ta' referenza tiegħu tiegħu skont il-punt (a)(2) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1999; jew alternattivament, is-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli tal-Istat Membru fil-konsum finali gross tal-elettriku jkun mill-inqas 50 %;
(d)
l-Istat Membru jkun innotifika d-deroga ppjanata lill-Kummissjoni li tistabbilixxi fid-dettall kif il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) huma ssodisfati; u
(e)
l-Istat Membru jkun ippubblika d-deroga ppjanata, inkluż ir-raġunament dettaljat għall-għoti ta' dik id-deroga, filwaqt li, fejn meħtieġ, iqis il-protezzjoni tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
Kull deroga għandha tevita bidliet retroattivi li taffetwa l-installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni li diġà jkunu jibbenefikaw minn dispaċċ ta' prijorità, minkejja kwalunkwe ftehim bejn Stat Membru u installazzjoni ta' ġenerazzjoni fuq bażi volontarja. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu inċentivi għall-installazzjonijiet eliġibbli għad-dispaċċ ta' prijorità biex volontarjament jirrinunzjaw id-dispaċċ ta' prijorità.
|
|
Artikolu 12 4.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107, 108 u 109 tat-TFUE, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu dispaċċ ta' prijorità għall-elettriku ġġenerat f'faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija bl-użu ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja b'kapaċità tal-elettriku installata ta' inqas minn 400 kW.
|
|
Artikolu 12 5.
|
Għall-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija kkummissjonati mill-1 ta' Jannar 2026, il-punt (b) tal-paragrafu 2 għandu japplika biss għall-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli u għandhom kapaċità tal-elettriku installata ta' inqas minn 200 kW.
|
|
Artikolu 12 6.
|
Mingħajr preġudizzju għall-kuntratti konklużi qabel l-4 ta' Lulju 2019, faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja li ġew ikkummissjonati qabel l-4 ta' Lulju 2019 u, meta ġew ikkummissjonati, kienu soġġetti għal dispaċċ ta' prijorità skont l-Artikolu 15(5) tad-Direttiva 2012/27/UE jew l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
) għandhom jibqgħu jibbenefikaw minn dispaċċ ta' prijorità. Id-dispaċċ ta' prijorità ma għandux jibqa' japplika għal tali faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mid-data li fiha l-faċilità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija ssir soġġetta għal modifiki sinifikanti, f'każ li mill-inqas ikun meħtieġ ftehim ta' konnessjoni ġdid jew fejn tiżdied il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija.
|
|
Artikolu 12 7.
|
Id-dispaċċ ta' prijorità ma għandux jipperikola t-tħaddim sigur tas-sistema tal-elettriku, ma għandux jintuża bħala ġustifikazzjoni għat-tnaqqis fil-kapaċitajiet transżonali lil hinn minn dak li huwa previst fl-Artikolu 16 u għandu jkun ibbażat fuq kriterji trasparenti u nondiskriminatorji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|