+Artikolu 14 Reviżjoni taż-żona tal-offerti
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 14 7.
---+Artikolu 14 8.
---+Artikolu 14 9.
---+Artikolu 14 10.
---+Artikolu 14 11.
|
Artikolu 14 Reviżjoni taż-żona tal-offerti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti kollha biex jindirizzaw il-konġestjonijiet. Il-konfini taż-żona tal-offerti għandhom ikunu bbażati fuq il-konġestjonijiet strutturali u fuq terminu twil tan-netwerk tat-trażmissjoni. Iż-żoni tal-offerti ma għandhomx jinkludu dawn il-konġestjonijiet strutturali ħlief jekk ma jkollhomx impatt fuq żoni ta' offerti ġirien, jew, bħala eżenzjoni temporanja, l-impatt tagħhom fuq żoni tal-offerti ġirien huwa mmitigat bl-użu ta' azzjonijiet ta' rimedju u dawk l-konġestjonijiet strutturali ma jwasslux għal tnaqqis ta' kapaċità kummerċjali transżonali f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 16. Il-konfigurazzjoni taż-żoni tal-offerti fl-Unjoni għandha titfassal b'tali mod li timmassimizza l-effiċjenza ekonomika u sabiex timmassimizza l-opportunitajiet ta' kummerċ transżonali filwaqt li żżomm is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.
|
|
Artikolu 14 2.
|
Kull tliet snin, in-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku (“ENTSO tal-Elettriku”) għandu jirrapporta dwar il-konġestjonijiet strutturali u konġestjonijiet fiżika oħra kbira bejn u fi ħdan iż-żoni tal-offerti, inkluż il-post u l-frekwenza ta' tali konġestjoni skont il-linja gwida dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. Dak ir-rapport għandu jkun fih valutazzjoni dwar jekk il-kapaċità kummerċjali transżonali laħqitx trajjettorja lienari skont l-Artikolu 15 jew il-kapaċità minima skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 14 3.
|
Sabiex tiġi żgurata l-konfigurazzjoni ottimali taż-żona tal-offerti, għandha titwettaq reviżjoni taż-żona tal-offerti. Dik ir-reviżjoni għandha tidentifika l-konġestjoni strutturali kollha u għandha tinkludi analiżi tal-konfigurazzjonijiet differenti taż-żoni tal-offerti b'mod koordinat bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati mill-Istati Membri rilevanti kollha, filwaqt li l-proċess ikun f'konformità mal-linja gwida dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. Iż-żoni tal-offerti attwali għandhom jiġu vvalutati abbażi tal-kapaċità tagħhom li joħolqu ambjent tas-suq affidabbli, inkluż għal ġenerazzjoni flessibbli u kapaċità tat-tagħbija, li huwa kruċjali biex jiġu evitati konġestjonijiet fil-grilja, għall-ibbilanċjar tad-domanda u tal-provvista tal-elettriku u biex tiġi żgurata s-sigurtà fit-tul tal-investimenti fl-infrastruttura tan-netwerk.
|
|
Artikolu 14 4.
|
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jew l-awtoritajiet regolatorji rilevanti jirreferu għal dawk l-Istati Membri, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jew l-awtoritajiet regolatorji li jipparteċipaw fir-reviżjoni tal-konfigurazzjoni ta' żoni tal-offerti kif ukoll ta' dawk fl-istess reġjun bil-kapaċità kalkolata skont il-linja gwida dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni adottata abbażi tal-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.
|
|
Artikolu 14 5.
|
Sal-5 ta' Ottubru 2019 l-operaturi rilevanti kollha tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jippreżentaw proposta għall-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet li jridu jintużaw fil-proċess ta' reviżjoni taż-żoni tal-offerta u għall-konfigurazzjonijiet taż-żona tal-offerti alternattivi li jridu jiġu kkunsidrati lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għall-approvazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji rilevanti għandhom jieħdu deċiżjoni unanima dwar il-proposta fi żmien 3 xhur tas-sottomissjoni tal-proposta. Fejn l-awtoritajiet regolatorji ma jistgħux jilħqu deċiżjoni unanima dwar il-proposta f'dak il-perjodu ta' żmien, l-ACER għandha tiddeċiedi, fi żmien tliet xhur oħra, dwar il-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet u l-konfigurazzjonijiet taż-żona tal-offerti alternattivi li jridu jitqiesu. Il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq konġestjonijiet strutturali li mhumiex mistennija li jingħelbu fit-tliet snin ta' wara, waqt li jitqies il-progress tanġibbli fuq proġetti ta' żvilupp tal-infrastruttura, li huma mistennija li jitwettqu fit-tliet snin ta' wara.
|
|
Artikolu 14 6.
|
Abbażi tal-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet approvati skont il-paragrafu 3, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni li jipparteċipaw fir-reviżjoni taż-żona tal-offerti għandhom jippreżentaw proposta konġunta lill-Istati Membri rilevanti jew lill-awtoritajiet kompetenti nominati tagħhom, jekk jemendawx jew iżommux il-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-approvazzjoni tal-metodoloġija u s-suppożizjonijiet skont il-paragrafu 4. Stati Membri oħra, il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija, jew pajjiżi terzi oħrajn li jikkondividu l-istess żona sinkronika ma' kwalunkwe Stat Membru rilevanti jistgħu jissottomettu kummenti.
|
|
Artikolu 14 7.
|
Meta tkun ġiet identifikata konġestjoni strutturali fir-rapport skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jew fir-reviżjoni taż-żona tal-offerti skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu jew minn operatur wieħed jew aktar tas-sistema ta' trażmissjoni fiż-żoni ta' kontroll tagħhom f'rapport approvat mill-awtorità jew mill-awtorità regolatorja kompetenti, l-Istat Membru b'konġestjoni strutturali identifikata għandu, f'kooperazzjoni mal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni tiegħu, jiddeċiedi, fi żmien sitt xhur tal-wasla tar-rapport, jew li jistabbilixxu l-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali jew multinazzjonali skont l-Artikolu 15, jew li jirrevedi u jemenda l-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti tiegħu. Il-Kummissjoni u lill-ACER għandhom ikunu mgħarrfa minnufih dwar dawk id-deċiżjonijiet.
|
|
Artikolu 14 8.
|
Għal dawk l-Istati Membri li jkunu għażlu li jemendaw il-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti skont il-paragrafu 7, l-Istati Membri rilevanti għandhom jilħqu deċiżjoni unanima fi żmien sitt xhur min-notifika msemmija fil-paragrafu 7. Stati Membri oħra jistgħu jippreżentaw kummenti lill-Istati Membri rilevanti, li għandhom iqisu dawk il-kummenti meta jilħqu d-deċiżjoni tagħhom. Id-deċiżjoni għandha tkun motivata u għandha tingħata notifika lill-Kummissjoni u lill-ACER. Fil-każ li l-Istati Membri ma jirnexxilhomx jilħqu deċiżjoni unanima f'sitt xhur, huma għandhom minnufih jinnotifikaw lill-Kummissjoni. Bħala miżura tal-aħħar rikors, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-ACER, għandha tadotta deċiżjoni dwar jekk temendax jew iżżommx il-konfigurazzjoni ta' żona tal-offerti fl-Istati Membri u bejniethom sa sitt xhur wara li tirċievi tali notifika.
|
|
Artikolu 14 9.
|
L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti qabel ma jadottaw deċiżjoni skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 14 10.
|
Kwalunkwe deċiżjoni adottata taħt dan l-Artikolu għandha tispeċifika d-data ta' implimentazzjoni ta' kwalunkwe bidla. Dik id-data ta' implimentazzjoni għandha tibbilanċja l-ħtieġa ta' prontezza b'kunsiderazzjonijet prattiċi, inkluż il-kummerċ forward tal-elettriku. Id-deċiżjoni tista' tistabbilixxi l-arranġamenti tranżitorji xierqa.
|
|
Artikolu 14 11.
|
Fejn jitnedew reviżjonijiet ulterjuri taż-żoni tal-offerti skont il-linja gwida dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni adottata abbażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, għandu japplika da l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|