+Artikolu 15 Pjanijiet ta' azzjoni
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.
---+Artikolu 15 7.

Artikolu 15 Pjanijiet ta' azzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 15 1.
B'segwitu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 14(7), l-Istat Membru jew dawk l-Istat Membru b'konġestjoni strutturali identifikata għandu jiżviluppa pjan ta' azzjoni f'kooperazzjoni mal-awtorità regolatorja tiegħu. Dak il-pjan ta' azzjoni għandu jkun fih kalendarju konkret għall-adozzjoni tal-miżuri biex jitnaqqsu l-konġestjonijiet strutturali identifikati fi żmien 4 snin mill-adozzjoni tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 14(7).
Artikolu 15 2.
indipendentement mill-progress konkret tal-pjan ta' azzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mingħajr preġudizzju għad-derogi mogħtija skont l-Artikolu 16(9) jew devjazzjonijiet skont l-Artikolu 16(3), l-kapaċità tal-kummerċ transżonali tiżdied fuq bażi annwali sa ma tintlaħaq il-kapaċità minima prevista fl-Artikolu 16(8). Dik il-kapaċità minima għandha tintlaħaq sal-31 ta' Diċembru 2025.

Dawk iż-żidiet annwali għandhom jinkisbu permezz ta' trajettorja lineari. Il-punt ta' partenza ta' dik it-trajettorja għandu jkun jew il-kapaċità allokata fil-fruntiera jew inkella jew f'element kritiku tan-netwerk fis-sena ta' qabel l-adozzjoni tal-pjan ta' azzjoni jew il-medja tal-aħħar tliet snin qabel l-adozzjoni tal-pjan ta' azzjoni, skont liema minnhom tkun l-ogħla. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, matul l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni tagħhom il-kapaċità li ssir disponibbli għall-kummerċ transżonali tkun skont l-Artikolu 16(8) tkun mill-inqas daqs il-valuri tat-trajettorja lineari, inkluż bl-użu ta' azzjonijiet ta' rimedju fir-reġjun bil-kapaċità kalkolata.

Artikolu 15 3.
Il-kostijiet tal-azzjonijiet ta' rimedju meħtieġa biex tinkiseb it-trajettorja lineari msemmijja fil-paragrafu 2 jew issir disponibbli kapaċità transżonali fil-fruntieri rilevanti kkonċernati mill-pjan ta' azzjoni għandhom ikunu akargu tal-Istat Membrulijimplimenta jew tal-Istati Membri li jimplimentaw i)l-pjan ta' azzjoni.
Artikolu 15 4.
Fuq bażi annwali, waqt l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni u fi żmien sitt xhur ta-iskadenza tiegħu, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni rilevanti għandhom jivvalutaw għat-12-il xahar preċedenti jekk il-kapaċità transkonfinali disponibbli laħqitx it-trajettorja linearijew, mill-1 ta' Jannar 2026, il-kapaċitajiet minimi previsti fl-Artikolu 16(8) ikunu ntlaqħu. Huma għandhom jippreżentaw il-valutazzjonijiet tagħhom lill-ACER u lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti. Qabel ma jabbozzaw ir-rapport, kull operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jibgħat il-kontribut tiegħu għar-rapport, inkluża d-data kollha rilevanti, lill-awtorità regolatorja għall-approvazzjoni.
Artikolu 15 5.
Għal dawk l-Istati Membri li għalihom il-valutazzjonijiet msemmijja fil-paragrafu 4 juru li operatur tas-sistema ta' trażmissjoni ma kienx konformi mat-trajettorja lineari, l-Istati Membri rilevanti għandhom, fi żmien 6 xhur minn meta jirċievu l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, jiddeċiedu b'mod unanimu dwar jekk għandhiex tiġi modifikata jew tinżamm il-konfigurazzjoni taż-żona tal-offerti fi ħdan u bejn dawk l-Istati Membri. Fid-deċiżjoni tagħhom,, l-Istati Membri oħra rilevanti għandhom iqisu kwalunkwe kumment imressaq minn.Stati Membri oħra. Id-deċiżjoni tal-Istati Membri rilevanti għandha tkun sostanzjata u għandha tiġi notifika lill-Kummissjoni u lill-ACER.

L-Istati Membri rilevanti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih jekk ma jirnexxilhomx jilħqu deċiżjoni unanima fil-limitu ta' ż-żmien stabbilit. Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi din in-notifika, il-Kummissjoni, bħala miżura tal-aħħar rikors u wara konsultazzjoni mal-ACER u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, għandha tadotta deċiżjoni dwar jekk timmodifikax jew iżżommx il-konfigurazzjoni ta' żona tal-offerti fi u bejn dawk l-Istati Membri.

Artikolu 15 6.
Sitt xhur qabel l-iskadenza tal-pjan ta' azzjoni, l-Istat Membru b'konġestjoni strutturali identifikata għandu jiddeċiedi jekk jindirizzax il-konġestjoni li tjifdal billi jimmodifikaw iż-żona tal-offerti tiegħu jew jekk jindirizzax il-konġestjoni li jifdal li l-kostijiet tagħhom għandhom jkunu għak-kariku tagħhom.
Artikolu 15 7.
Fejn l-ebda pjan ta' azzjoni ma jkun ġie stabbilit fi żmien sitt xhur mill-identifikazzjoni ta' konġestjoni strutturali skont il-l-Artikolu 14(7), l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni rilevanti għandhom, fi żmien 12-il xahar wara tali identifikazzjoni ta' konġestjoni strutturali, jivvalutaw jekk il-kapaċità transżonali laħqitx il-kapaċità minima definita fl-Artikolu 16(8) matul it-12-il xahar preċeednti u għandhom jippreżentaw valutazzjoni ta' rapport lill-awtoritajiet regolatorji rilevanti u lill-ACER.

Qabel ma jabbozzaw ir-rapport, kull operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jibgħat il-kontribut tiegħu għar-rapport, inkluża kull data rilevanti, lill-awtorità regolatorji nazzjonali tiegħu għall-approvazzjoni. Fejn il-valutazzjoni turi li operatur tas-sistema ta' trażmissjoni ma kienx konformi mal-limiti minimi ta' kapaċità, għandu japplika l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet stabbilit fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.