+Artikolu 16 12.
|
Artikolu 16 12.
Il-konsegwenzi finanzjarji ta' nuqqas li jiġu onorati l-obbligi assoċjati mal-allokazzjoni ta' kapaċità għandhom ikunu attribwiti lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jew in-NEMOs li jkunu responsabbli minn dan in-nuqqas. Meta l-parteċipanti fis-suq jonqsu milli jużaw il-kapaċità li jkunu impenjaw ruħhom li jużaw jew, fil-każ ta' kapaċità espliċitament irkantata, jonqsu milli jagħmlu kummerċ tal-kapaċita' fuq bażi sekondarja jew milli jagħtu l-kapaċità lura fiż-żmien dovut, dawk il-parteċipanti fis-suq għandhom jitilfu d-drittijiet għal din il-kapaċità u għandhom iħallsu imposta li tirrifletti l-kost. Kwalunkwe imposta li tirrifletti l-kost dovut talli ma ntużatx il-kapaċità, għandha tkun iġġustifikata u proporzjonata. Jekk operatur tas-sistema ta' trażmissjoni ma jissodisfax l-obbligi tiegħu li jipprovdi kapaċità ta' trażmissjoni fis-sod, dan għandu jkun responsabbli li jikkumpensa lill-parteċipant fis-suq għat-telf tad-drittijiet tal-kapaċità. Għal dak il-għan, ma għandu jitqies l-ebda telf konsegwenzjali. Il-kunċetti u l-metodi ewlenin għall-istabbiliment tar-responsabbiltajiet li jirriżultaw wara li ma jkunux ġew onorati l-obbligi, għandhom ikunu stabbiliti minn qabel skont il-konsegwenzi finanzjarji u għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni mill-awtorità regolatorja rilevanti.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|