+Artikolu 17 Allokazzjoni tal-kapaċità transżonali fil-perjodi kollha ta' żmien
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.

Artikolu 17 Allokazzjoni tal-kapaċità transżonali fil-perjodi kollha ta' żmien

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1.
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jikkalkulaw mill-ġdid il-kapaċità transżonali disponibbli mill-inqas wara l-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata u ta' ġurnata bil-quddiem. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jallokaw il-kapaċità transżonali disponibbli flimkien ma' kwalunkwe kapaċità transżonali pendenti li ma tkunx ġiet allokata qabel u kwalunkwe kapaċità transżonali rilaxxata mid-detenturi tad-dritt fiżiku ta' trażmissjoni mill-allokazzjonijiet preċedenti fil-proċess ta' allokazzjoni tal-kapaċità transżonali li jmiss.
Artikolu 17 2.

L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jipproponu struttura adatta għall-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali fil-perjodi kollha ta' żmien, inkluż dawk ta' ġurnata bil-quddiem, tal-istess ġurnata u tal-ibbilanċjar. Dik l-istruttura ta' allokazzjoni għandha tkun soġġetta għal reviżjoni mill-awtoritajiet regolatorji rilevanti. Fit-tfassil tal-proposti tagħhom, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jieħdu kont tas-segwenti:

(a) 

il-karatteristiċi tas-swieq;

(b) 

tal-kondizzjonijiet operattivi, tas-sistema tal-elettriku, bħall-implikazzjonijiet ta' nettjar ta' skedi speċifikati b'mod deċiżiv;

(c) 

tal-livell ta' armonizzazzjoni tal-livell tal-perċentwali allokati lil perjodi differenti u l-perjodi adottati għall-mekkaniżmi diġà stabbiliti tal-allokazzjoni tal-kapaċità transżonali differenti.

Artikolu 17 3.
Meta l-kapaċità transżonali tkun disponibbli wara l-ħin tal-għeluq tan-negozju tal-kapaċità transżonali tal-istess ġurnata, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jużaw il-kapaċità transżonali għall-iskambju tal-enerġija ta' bbilanċjar jew għal-operzzjoni tal-proċess għan-nettjar tal-iżbilanċi.
Artikolu 17 4.
Meta l-kapaċità transżonali tkun allokata għall-iskambju ta' kapaċità tal-ibbilanċjar jew il-kondiviżjoni ta' riservi skont l-Artikolu6(8) ta' dan ir-Regolament, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jużaw il-metodoloġiji żviluppati fil-kodiċijiet tan-netwerk u fil-linji gwida dwar l-ibbilanċjar abbażi tal-Artikolu 6(11) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.
Artikolu 17 5.
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ma għandhomx iżidu l-marġni ta' affidabbiltà kkalkulat skont ir-Regolament (UE) 2015/1222 minħabba l-iskambju tal-kapaċità ta' bbilanċjar jew il-kondiviżjoni tar-riservi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.