|
+Artikolu 20 3. |
Artikolu 20 3.L-Istati Membri bi tħassib identifikat f'termini ta' adegwatezza tar-riżorsi għandhom jiżviluppaw u jippubblikaw pjan ta' implimentazzjoni flimkien ma' kalendarju għall-miżuri li jadottaw biex jeliminaw kwalunkwe distorsjoni regolatorja u/jew falliment tas-suq identifikat(a) bħala parti mill-proċess tal-għajnuna mill-Istat. Meta jindirizzaw it-tħassib għall-adegwatezza tar-riżorsi, l-Istati Membri għandhom iqisu b'mod partikolari l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3 u għandhom iqisu:
(a)
li jeliminaw id-distorsjonijiet regolatorji;
(b)
li jeliminaw il-limiti tal-prezz skont l-Artikolu 10;
(c)
li jintroduċu funzjoni ta' pprezzar f'każ ta' nuqqas għall-enerġija ta' bbilanċjar kif imsemmi fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament 2017/2195;
(d)
li jżidu l-kapaċità tal-interkonnessjonijiet u tal-grilja interna bil-għan li jintlaħqu mill-anqas il-miri tagħha ta' interkonnessjoni kif imsemmi fil-punt (d)(1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1999;
(e)
li jippermettu l-awtoġenerazzjoni, il-ħżin tal-enerġija, il-miżuri min-naħa tad-domanda u l-effiċjenza fl-enerġija bl-adozzjoni ta' miżuri maħsuba biex jeliminaw kwalunkwe distorsjoni regolatorja identifikata;
(f)
li jiżguraw l-akkwist effiċjenti f'termini tal-kostijiet u bbażat fuq is-suq ta' servizzi ta' bbilanċjar u anċillari;
(g)
li jeliminaw il-prezzijiet regolati meta meħtieġa mill-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2019/944. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|