+Artikolu 20 Adegwatezza tar-riżorsi fis-suq intern għall-elettriku
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 20 6.
---+Artikolu 20 7.
---+Artikolu 20 8.

Artikolu 20 Adegwatezza tar-riżorsi fis-suq intern għall-elettriku

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.
L-Istati Membri għandhom jissorveljaw l-adegwatezza tar-riżorsi fit-territorju tagħhom abbażi tal-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 23. Għall-fini li jikkumplimentaw l-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi, l-Istati Membri jistgħu jwettqu wkoll valutazzjonijiet nazzjonali dwar adegwatezza tar-riżorsi skont l-Artikolu 24.
Artikolu 20 2.
Meta l-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 23 jew l-valutazzjoni nazzjonali dwar l-adegwatezza tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 24 tidentifika tħassib għall-adegwatezza tar-riżorsi, l l-Istat Membru kkonċernat għandu jidentifika kwalunkwe distorsjoni regolatorja jew falliment tas-suq li kkawża jew ikkontribwixxa fil-ħolqien ta' dak it-tħassib.
Artikolu 20 3.

L-Istati Membri bi tħassib identifikat f'termini ta' adegwatezza tar-riżorsi għandhom jiżviluppaw u jippubblikaw pjan ta' implimentazzjoni flimkien ma' kalendarju għall-miżuri li jadottaw biex jeliminaw kwalunkwe distorsjoni regolatorja u/jew falliment tas-suq identifikat(a) bħala parti mill-proċess tal-għajnuna mill-Istat. Meta jindirizzaw it-tħassib għall-adegwatezza tar-riżorsi, l-Istati Membri għandhom iqisu b'mod partikolari l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3 u għandhom iqisu:

(a) 

li jeliminaw id-distorsjonijiet regolatorji;

(b) 

li jeliminaw il-limiti tal-prezz skont l-Artikolu 10;

(c) 

li jintroduċu funzjoni ta' pprezzar f'każ ta' nuqqas għall-enerġija ta' bbilanċjar kif imsemmi fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament 2017/2195;

(d) 

li jżidu l-kapaċità tal-interkonnessjonijiet u tal-grilja interna bil-għan li jintlaħqu mill-anqas il-miri tagħha ta' interkonnessjoni kif imsemmi fil-punt (d)(1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1999;

(e) 

li jippermettu l-awtoġenerazzjoni, il-ħżin tal-enerġija, il-miżuri min-naħa tad-domanda u l-effiċjenza fl-enerġija bl-adozzjoni ta' miżuri maħsuba biex jeliminaw kwalunkwe distorsjoni regolatorja identifikata;

(f) 

li jiżguraw l-akkwist effiċjenti f'termini tal-kostijiet u bbażat fuq is-suq ta' servizzi ta' bbilanċjar u anċillari;

(g) 

li jeliminaw il-prezzijiet regolati meta meħtieġa mill-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2019/944.

Artikolu 20 4.
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw il-pjan ta' implimentazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni għal rieżami.
Artikolu 20 5.
Fi żmien erba'xhur minn meta tirċievi l-pjan ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni dwarjekk il-miżuri humiex suffiċjenti biex jiġu eliminati d-distorsjonijiet regolatorji jew il-fallimenti tas-suq li ġew identifikati skond il-paragrafu 2, u tista' tistieden lill-Istati Membri biex jemendaw l-pjanijiet ta' implimentazzjoni tagħhom skond dan.
Artikolu 20 6.
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jimmonitorjaw l-applikazzjoni tal-pjan ta' implimentazzjoni u għandhom jippubblikaw ir-riżultati tal-monitoraġġ f'rapport annwali u għandhom jissottomettu dak ir-rapport lill-Kummissjoni.
Artikolu 20 7.
Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni dwar jekk il-pjanijiet ta' implimentazzjoni ġewx implimentati b'mod suffiċjenti u jekk it-tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi ġiex solvut.
Artikolu 20 8.
L-Istati Membri għandhom ikomplu jżommu mal-pjan ta' implimentazzjoni wara it-tħassib identifikat dwar l-adegwatezza tar-riżorsi jkun ġie solvut.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.