|
+Artikolu 22 4. |
Artikolu 22 4.Il-mekkaniżmi ta' kapaċità għandhom jinkorporaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-limiti tal-emissjonijiet tas-CO2:
(a)
mill-4 ta' Lulju 2019 l-aktar tard, il-kapaċità ta' ġenerazzjoni li bdiet il-produzzjoni kummerċjali f'dik id-data jew wara u li tarmi aktar minn 550 gr ta' CO2 li joriġina mill-karburant fossili għal kull kWh ta' elettriku m'għandhiex tkun impenjata jew tirċievi pagamenti jew impenji għal pagamenti futuri taħt mekkaniżmu ta' kapaċità;
(b)
mill-1 ta' Lulju 2025 l-aktar tard, il-kapaċità ta' ġenerazzjoni li bdiet il-produzzjoni kummerċjali qabel l-4 ta' Lulju 2019 u li tarmi aktar minn 550 g ta' CO2 li joriġina mill-karburant fossili għal kull kWh ta' elettriku u aktar minn 350 kg CO2 li joriġina mill-karburant fossili bħala medja fis-sena għal kull kW m'għandhiex tkun impenjata jew tirċievi pagamenti jew impenji għal pagamenti futuri taħt mekkaniżmu ta' kapaċità. Il-limitu tal-emissjonijiet ta' 550 gr CO2/kWh oriġinarji ta' karburant fossili għal kull kWh ta' elettriku u l-limitu ta' 350 kg CO2 li joriġina minn karburant fossili bħala medja fis-sena għal kull kW installat imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi ikkalkolat abbażi tal-effiċjenza tat-tfassil tal-unità ta' ġenerazzjoni f'kapaċità nominali taħt l-istandards rilevanti pprovduti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Sal-5 ta' Jannar 2020, l-ACER għandha tippubblika opinjoni li tagħti gwida teknika relatat mal-kalkolu tal-valuri msemmija fl-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|