+Artikolu 22 Prinċipji ta' tfassil għall-mekkaniżmi ta' kapaċità
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.

Artikolu 22 Prinċipji ta' tfassil għall-mekkaniżmi ta' kapaċità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1.

Kull mekkaniżmu ta' kapaċità:

▼M2 —————

▼B

(b) 

ma għandux joħloq distorsjonijiet tas-suq bla bżonn u jillimita l-kummerċ transżonali;

(c) 

ma għandux imur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jiġi indirizzat it-tħassib dwar l-adegwatezza msemmi fl-Artikolu 20;

(d) 

għandu jagħżel fornituri ta' kapaċità permezz ta' proċess trasparenti, mhux diskriminatorju u kompetittiv;

(e) 

għandu jipprovdi inċentivi biex il- jkunu disponibbli fi żminijiet ta' stress mistenni fuq is-sistema;

(f) 

għandu jiżgura li r-remunerazzjoni tiġi ddeterminata permezz ta' proċess kompetittiv;

(g) 

għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tekniċi għall-parteċipazzjoni ta' fornituri ta' kapaċità qabel il-proċedura ta' selezzjoni;

(h) 

għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tar-riżorsi kollha li huma kapaċi jipprovdu l-prestazzjoni teknika meħtieġa, inklużi l-ħżin tal-enerġija u l-ġestjoni tad-domanda.

(i) 

għandu japplika penali xierqa lill-fornituri ta' kapaċità li ma jkunux disponibbli fi żminijiet ta' stress tas-sistema.

Artikolu 22 2.

It-tfassil tar-riservi strateġiċi għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

fejn mekkaniżmu ta' kapaċità ġie mfassal bħala riserva strateġika, ir-riżorsi tiegħu jridu jintbagħtu biss jekk l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni x'aktarx li jeżawrixxu r-riżorsi ta' bbilanċjar tagħhom biex jistabbilixxu ekwilibriju bejn id-domanda u l-provvista;

(b) 

matul il-perjodi ta' saldu tal-iżbilanċ meta sar id-dispaċċ tar-riżorsi fir-riserva strateġija, l-iżbilanċi fis-suq għandhom jiġu saldati mill-anqas bil-valur tat-tagħbija mitlufa jew b'valur ogħla mil-limitu tal-prezz tekniku tal-istess ġurnata kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), skont liema minnhom huwa l-ogħla;

(c) 

l-output tar-riserva strateġika wara d-dispaċċ għandu jiġi attribwit lill-partijiet responsabbli għall-bilanċ permezz tal-mekkaniżmu ta' saldu tal-iżbilanċ.

(d) 

ir-riżorsi li jieħdu sehem fir-riserva strateġika ma għandhomx jirċievu remunerazzjoni mis- swieq tal-elettriku bl-ingrossa jew mis-swieq tal-ibbilanċjar.

(e) 

ir-riżorsi fir-riserva strateġika għandhom jinżammu barra mis-suq mill-anqas għal kemm idum il-perjodu kuntrattwali.

Ir-rekwiżit imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-attivazzjoni tar-riżorsi qabel id-dispaċċ effettiv sabiex jiġu rrispettati l-limitazzjonijiet tar-ramping u r-rekwiżiti operattivi tar-riżorsi ta' kalar u r-rekwiżiti operazzjonali tagħhom. L-output tar-riserva strateġika matul l-attivazzjoni ma għandhiex tkun attribwita lill-grupp ta' bbilanċjar permezz tas-swieq bl-ingrossa u ma għandiex tibdel l-iżbilanċi tagħhom.

Artikolu 22 3.

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, il-mekkaniżmi ta' kapaċità differenti mir-riservi strateġiċi għandhom

(a) 

ikunu mibnija b'tali mod li jiżguraw li l-prezz imħallas għad-disponibbiltà awtomatikament ixaqleb lejn żero meta l-livell ta' kapaċità fornut ikun mistenni li jkun biżżejjed biex ilaħħaq mal-livell ta' kapaċità mitlub;

(b) 

jirremuneraw ir-riżorsi parteċipattivi biss għad-disponibbiltà tagħhom u jiżguraw li r-remunerazzjoni ma taffettwax deċiżjonijiet tal-fornitur ta' kapaċità dwar jekk jiġġenerax jew le;

(c) 

jiżguraw li l-obbligi ta' kapaċità jkunu trasferibbli bejn il-fornituri ta' kapaċità eliġibbli.

Artikolu 22 4.

Il-mekkaniżmi ta' kapaċità għandhom jinkorporaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-limiti tal-emissjonijiet tas-CO2:

(a) 

mill-4 ta' Lulju 2019 l-aktar tard, il-kapaċità ta' ġenerazzjoni li bdiet il-produzzjoni kummerċjali f'dik id-data jew wara u li tarmi aktar minn 550 gr ta' CO2 li joriġina mill-karburant fossili għal kull kWh ta' elettriku m'għandhiex tkun impenjata jew tirċievi pagamenti jew impenji għal pagamenti futuri taħt mekkaniżmu ta' kapaċità;

(b) 

mill-1 ta' Lulju 2025 l-aktar tard, il-kapaċità ta' ġenerazzjoni li bdiet il-produzzjoni kummerċjali qabel l-4 ta' Lulju 2019 u li tarmi aktar minn 550 g ta' CO2 li joriġina mill-karburant fossili għal kull kWh ta' elettriku u aktar minn 350 kg CO2 li joriġina mill-karburant fossili bħala medja fis-sena għal kull kW m'għandhiex tkun impenjata jew tirċievi pagamenti jew impenji għal pagamenti futuri taħt mekkaniżmu ta' kapaċità.

Il-limitu tal-emissjonijiet ta' 550 gr CO2/kWh oriġinarji ta' karburant fossili għal kull kWh ta' elettriku u l-limitu ta' 350 kg CO2 li joriġina minn karburant fossili bħala medja fis-sena għal kull kW installat imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi ikkalkolat abbażi tal-effiċjenza tat-tfassil tal-unità ta' ġenerazzjoni f'kapaċità nominali taħt l-istandards rilevanti pprovduti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni.

Sal-5 ta' Jannar 2020, l-ACER għandha tippubblika opinjoni li tagħti gwida teknika relatat mal-kalkolu tal-valuri msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 22 5.
L-Istati Membri li japplikaw il-mekkaniżmi ta' kapaċità fl-4 ta' Lulju 2019 għandhom jadattaw il-mekkaniżmi tagħhom biex jikkonformaw mal-Kapitolu 4 mingħajr preġudizzju għall-impenji jew għall-kuntratti, konklużi sal-31 ta' Diċembru 2019.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.