+Artikolu 23 Valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
---+Artikolu 23 6.
---+Artikolu 23 7.
|
Artikolu 23 Valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Il-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi għandha tidentifika t-tħassib relatat mal-adegwatezza tar-riżorsi billi tivvaluta l-adegwatezza ġenerali tas-sistema tal-elettriku biex jissodisfa d-domandi attwali u projettati għall-elettriku fil-livell tal-Unjoni, fil-livell tal-Istati Membri, u fil-livell ta' żoni individwali ta' offerti, fejn rilevanti. Il-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi għandha tkopri kull sena matul perjodu ta'10 snin mid-data ta' dik il-valutazzjoni.
|
|
Artikolu 23 2.
|
Il-valutazzjoni Ewropea tar-riżorsi għandha titwettaq mill-ENTSO tal-Elettriku.
|
|
Artikolu 23 3.
|
Sal-5 ta' Jannar 2020, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jippreżenta lill-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku stabbilit skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta 'Novembru 2012 (
13
) u l- ACER abbozz tal-metodoloġija għall-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi bbażat fuq il-prinċipji previsti fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 23 4.
|
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jipprovdu lill-ENTSO għall-Elettriku d-data meħtieġa biex iwettaq il-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi. L-ENTSO għall-Elettriku għandu jwettaq il-valutazzjoni Ewropea tal-adegwatezza tar-riżorsi fuq bażi annwali. Il-produtturi u parteċipanti oħra fis-suq għandhom jipprovdu lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni d-data rigward l-użu mistenni tar-riżorsi ta' ġenerazzjoni, filwaqt li jqisu id-disponibbiltà ta' riżorsi primarji u xenarji adatti tal-projezzjoni tad-domanda u tal-offerta.
|
|
Artikolu 23 5.
|
Il-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi għandha tkun ibbażata fuq metodoloġija trasparenti li għandha tiżgura li l-valutazzjoni:
(a)
titwettaq f'kull livell taż-żona tal-offerti li jkopri mill-inqas l-Istati Membri kollha;
(b)
tkun ibbażata fuq xenarji ta' riferiment ċentrali xierqa ta' projezzjonijiet tad-domanda u tal-offerta inkluża valutazzjoni ekonomika tal-probabbiltà ta' rtirar, ta' sospensjoni temporanja, ta' ħolqien ġdid tal-assi ta' ġenerazzjoni u ta' miżuri biex jinkisbu l-miri tal-effiċjenza fl-enerġija u tal-interkonnessjoni tal-elettriku u aspetti sensittivi xierqa dwar il-fenomeni meteoroloġiċi estremi, il-kundizzjonijiet idroloġiċi, il-prezzijiet bl-ingrossa u l-iżviluppi fil-prezzijiet tal-karbonju;
(c)
ikun fiha xenarji separati li jirriflettu l-probabbiltajiet differenti tal-okkorrenza tat-tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi li d-diversi tipi ta' mekkaniżmi ta' kapaċità huma mfassla biex jindirizzaw;
(d)
tqis b'mod xieraq il-kontribut tar-riżorsi kollha inkluż il-possibilitajiet eżistenti u futuri għall-ġenerazzjoni, il-ħżin tal-enerġija, l-integrazzjoni settorjali, ir-rispons tad-domanda u ta' importazzjoni u ta' esportazzjoni u l-kontribut tagħhom għat-tħaddim flessibbli tas-sistema
(e)
tantiċipa l-impatt probabbli tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 20(3);
(f)
tinkludi varjanti mingħajr b'mekkaniżmi ta' kapaċità eżistenti jew ippjanati, u fejn applikabbli, varjanti b' tali mekkaniżmi;
(g)
tkun ibbażata fuq mudell tas-suq li, juża l-approċċ ibbażat fuq il-fluss, fejn applikabbli;
(h)
tapplika kalkoli probabilistiċi;
(i)
tapplika għodda ta' mmudellar unika;
(j)
tinklodi mill-inqas l-indikaturi li ġejjin imsemmija fl-Artikolu 25:
—
“l-enerġija mbassra mhux ipprovduta”, u
—
“tbassir tat-telf tat-tagħbija”;
(k)
tidentifika s-sorsi ta' tħassib possibbli ta' adegwatezza tar-riżorsi, tindika b'mod partikolari jekk ikunx ostakolu tan-netwerk jew ostakolu tar-riżorsi, jew tat-tnejn li huma;
(l)
tqis l-iżvilupp tan-netwerk reali;
(m)
tiżgura li l-karatteristiċi nazzjonali tal-ġenerazzjoni, il-flessibbiltà tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija, id-disponibbiltà ta' riżorsi primarji u l-livell ta' interkonnessjoni jkun ittieħed kont tajjeb tagħhom.
|
|
Artikolu 23 6.
|
Sal-5 ta' Jannar 2020, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jippreżenta lill-ACER abbozz tal-metodoloġija għall-kalkolu:
(a)
tal-valur tat-tagħbija mitlufa;
(b)
tal-“kost tal-entrata l-ġdida” għall-ġenerazzjoni jew għar-rispons tad-domanda; u
(c)
tal-istandard ta' affidabbiltà msemmi fl-Artikolu 25.
Il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq kriterji trasparenti, oġġettivi u verifikabbli.
|
|
Artikolu 23 7.
|
Il-proposti skont il-paragrafi 3 u 6 għall-abbozz tal-metodoloġija, ix-xenarji, l-aspetti sensittivi u s-suppożizzjonijiet li fuqhom ikunu bbażati, u r-riżultati tal-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi skont il-paragrafu 4 għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel mal-Istati Membri, mal-Grupp għall-Koordinazzjoni tal-Elettriku u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u approvazzjoni tal-ACER, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|