|
+Artikolu 30 1. |
Artikolu 30 1.L-ENTSO għall-Elettriku għandu:
(a)
jiżviluppa kodiċijiet tan-netwerk fl-oqsma stabbiliti fl-Artikolu 59(1) u (2) bil-għan li jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 28;
(b)
jadotta u jippubblika pjan ta' żvilupp tan-netwerk fuq perjodu ta' għaxar snin mhux vinkolanti għall-Unjoni (pjan ta' żvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha), kull sentejn;
(c)
iħejji u jadotta proposti relatati mal-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi skont l-Artikolu 23 u proposti għal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-parteċipazzjoni transkonfinali fil-mekkaniżmi ta' kapaċità skont l-Artikolu 26(11);
(d)
jadotta rakkomandazzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni teknika bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tal-Unjoni u l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' pajjiżi terzi;
(e)
jadotta qafas għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;
(f)
jadotta proposta li tiddefinixxi r-reġjun ta' tħaddim tas-sistema f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36;
(g)
jikkoopera ma' operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-entità tal-UE għad-DSO.
(h)
jippromwovi d-diġitalizzazzjoni tan-netwerks ta' trażmissjoni inkluż l-użu ta' grilji intelliġenti, l-akkwist effiċjenti ta' data f'ħin reali u sistemi ta' kejl intelliġenti;
(i)
jadotta għodod komuni għat-tħaddim tan-netwerk biex jiżguraw il-koordinazzjoni tat-tħaddim tan-netwerk f'kundizzjonijiet normali u f'emerġenza, inkluża klassifikazzjoni komuni ta' inċidenti, u pjanijiet ta' riċerka, inkluż l-użu ta' dawk il-pjanijiet fi programm ta' riċerka effiċjenti. Dik l-għodda għandha tispeċifika fost affarijiet oħra:
(i)
l-informazzjoni, inkluża l-informazzjoni xierqa minn ġurnata qabel, tal-istess jum, u f'ħin reali, li tkun utli għat-titjib tal-koordinazzjoni operazzjonali, kif ukoll il-frekwenza ottimali għall-ġbir u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni ta' dan it-tip;
(ii)
il-pjattaforma teknoloġika għall-iskambju ta' informazzjoni f'ħin reali u fejn ikun xieraq, il-pjattaformi teknoloġiċi għall-ġbir, l-ipproċessar u t-trażmissjoni tal-informazzjoni l-oħra msemmija fil-punt (i), kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-proċeduri li jkunu kapaċi jżidu l-koordinazzjoni operazzjonali bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni bil-ħsieb li dan il-koordinazzjoni jibda jseħħ fl-Unjoni kollha kemm hi;
(iii)
kif l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni se jqiegħdu l-informazzjoni operazzjonali għad-diżpożizzjoni tal-operaturi l-oħra tas-sistema ta' trażmissjoni jew ta' kwalunkwe entità oħra li tkun ingħatat il-mandat dovut li tappoġġahom fil-kisba tal-koordinazzjoni operazzjonali, u tal-ACER; u
(iv)
li l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jaħtru punt ta' kuntatt responsabbli biex iwieġeb il-mistoqsijiet minn operaturi oħrajn tas-sistema ta' trażmissjoni jew minn kwalunkwe entità oħra li tkun ingħatat il-mandat dovut kif imsemmi fil-punt (iii), jew mill-ACER fir-rigward tal-informazzjoni ta' dan it-tip;
(j)
jadotta programm ta' ħidma annwali;
(k)
jikkontribwixxi għall-ħolqien tar-rekwiżiti ta' interoperabbiltà u ta' proċeduri mhux diskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-data kif previst fl-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(l)
jadotta rapport annwali;
(m)
iwettaq u jadotta valutazzjonijiet staġonali dwar l-adegwatezza skont l- 9(2) tar-Regolament (UE) 2019/941;
(n)
jippromwovi ċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti u mal-entitajiet regolati;
(o)
iqis l-iżvilupp tar-rispons għad-domanda huwa u jwettaq il-kompiti tiegħu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|