+Artikolu 30 Il-kompiti tal-ENTSO għall-Elettriku
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 6.
|
Artikolu 30 Il-kompiti tal-ENTSO għall-Elettriku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
L-ENTSO għall-Elettriku għandu:
(a)
jiżviluppa kodiċijiet tan-netwerk fl-oqsma stabbiliti fl-Artikolu 59(1) u (2) bil-għan li jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 28;
(b)
jadotta u jippubblika pjan ta' żvilupp tan-netwerk fuq perjodu ta' għaxar snin mhux vinkolanti għall-Unjoni (pjan ta' żvilupp tan-netwerk għall-Unjoni kollha), kull sentejn;
(c)
iħejji u jadotta proposti relatati mal-valutazzjoni Ewropea dwar l-adegwatezza tar-riżorsi skont l-Artikolu 23 u proposti għal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-parteċipazzjoni transkonfinali fil-mekkaniżmi ta' kapaċità skont l-Artikolu 26(11);
(d)
jadotta rakkomandazzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni teknika bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tal-Unjoni u l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' pajjiżi terzi;
(e)
jadotta qafas għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;
(f)
jadotta proposta li tiddefinixxi r-reġjun ta' tħaddim tas-sistema f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36;
(g)
jikkoopera ma' operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-entità tal-UE għad-DSO.
(h)
jippromwovi d-diġitalizzazzjoni tan-netwerks ta' trażmissjoni inkluż l-użu ta' grilji intelliġenti, l-akkwist effiċjenti ta' data f'ħin reali u sistemi ta' kejl intelliġenti;
(i)
jadotta għodod komuni għat-tħaddim tan-netwerk biex jiżguraw il-koordinazzjoni tat-tħaddim tan-netwerk f'kundizzjonijiet normali u f'emerġenza, inkluża klassifikazzjoni komuni ta' inċidenti, u pjanijiet ta' riċerka, inkluż l-użu ta' dawk il-pjanijiet fi programm ta' riċerka effiċjenti. Dik l-għodda għandha tispeċifika fost affarijiet oħra:
(i)
l-informazzjoni, inkluża l-informazzjoni xierqa minn ġurnata qabel, tal-istess jum, u f'ħin reali, li tkun utli għat-titjib tal-koordinazzjoni operazzjonali, kif ukoll il-frekwenza ottimali għall-ġbir u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni ta' dan it-tip;
(ii)
il-pjattaforma teknoloġika għall-iskambju ta' informazzjoni f'ħin reali u fejn ikun xieraq, il-pjattaformi teknoloġiċi għall-ġbir, l-ipproċessar u t-trażmissjoni tal-informazzjoni l-oħra msemmija fil-punt (i), kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-proċeduri li jkunu kapaċi jżidu l-koordinazzjoni operazzjonali bejn l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni bil-ħsieb li dan il-koordinazzjoni jibda jseħħ fl-Unjoni kollha kemm hi;
(iii)
kif l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni se jqiegħdu l-informazzjoni operazzjonali għad-diżpożizzjoni tal-operaturi l-oħra tas-sistema ta' trażmissjoni jew ta' kwalunkwe entità oħra li tkun ingħatat il-mandat dovut li tappoġġahom fil-kisba tal-koordinazzjoni operazzjonali, u tal-ACER; u
(iv)
li l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni jaħtru punt ta' kuntatt responsabbli biex iwieġeb il-mistoqsijiet minn operaturi oħrajn tas-sistema ta' trażmissjoni jew minn kwalunkwe entità oħra li tkun ingħatat il-mandat dovut kif imsemmi fil-punt (iii), jew mill-ACER fir-rigward tal-informazzjoni ta' dan it-tip;
(j)
jadotta programm ta' ħidma annwali;
(k)
jikkontribwixxi għall-ħolqien tar-rekwiżiti ta' interoperabbiltà u ta' proċeduri mhux diskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-data kif previst fl-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(m)
iwettaq u jadotta valutazzjonijiet staġonali dwar l-adegwatezza skont l- 9(2) tar-Regolament (UE) 2019/941;
(n)
jippromwovi ċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti u mal-entitajiet regolati;
(o)
iqis l-iżvilupp tar-rispons għad-domanda huwa u jwettaq il-kompiti tiegħu.
|
|
Artikolu 30 2.
|
L-ENTSO tal-Elettriku għandu jirrapporta lill-ACER dwar in-nuqqasijiet identifikati rigward l-istabbiliment u l-prestazzjoni taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali.
|
|
Artikolu 30 3.
|
L-ENTSO għall-Elettriku għandu jippubblika l-minuti tal-laqgħat tal-Assemblea tiegħu, tal-laqgħat tal-bord u tal-kumitati u jipprovdi lill-pubbliku l-informazzjoni regolari dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-attivitajiet tiegħu.
|
|
Artikolu 30 4.
|
Il-programm ta' ħidma annwali msemmi fil-punt (j) tal-paragrafu 1 għandu jinkludi lista u deskrizzjoni tal-kodiċijiet tan-netwerk li għandhom jitħejjew, pjan dwar il-koordinazzjoni tat-tħaddim tan-netwerk u l-attivitiajiet ta' riċerka u żvilupp li għandhom jitwettqu f'dik is-sena, u kalendarju indikattiv.
|
|
Artikolu 30 5.
|
L-ENTSO għall-Elettriku għandu jjipprovdi lill-ACER bl-informazzjoni li l-ACER teħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha skont l-Artikolu 32(1). Sabiex l-ENTSO għall-Elettriku jkun jista' jissodisfa dak ir-rekwiżit, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jipprovdu lill-ENTSO għall-Elettriku bl-informazzjoni meħtieġa.
|
|
Artikolu 30 6.
|
Fuq talba tal-Kummissjoni, l-ENTSO għall-Elettriku għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-fehmiet tiegħu dwar l-adozzjoni ta' linji gwida kif stabbilit fl-Artikolu 61.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|