+Artikolu 36 Ambitu ġeografiku taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
---+Artikolu 36 4.
|
Artikolu 36 Ambitu ġeografiku taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 1.
|
Sal-5 ta' Jannar 2020 l-ENTSO għall-Elettriku għandu jippreżenta proposta lill-ACERli tispeċifika liema operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, żoni tal-offerti, konfini taż-żoni tal-offerti, reġjuni bil-kapaċità kalkolata u reġjuni ta' koordinazzjoni tal-indisponibbiltà huma koperti minn kull wieħed mir-reġjuni ta' tħaddim tas-sistema. Il-proposta għandha tqis it-topoloġija tal-grilja, inkluż il-grad tal-interkonnessjoni u l-interdipendenza tas-sistema tal-elettriku f'termini ta' flussi u d-daqs tar-reġjun li għandu jkopri mill-inqas reġjun wieħed bil-kapaċità kalkolata;
|
|
Artikolu 36 2.
|
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ta' reġjun tat-tħaddim ta' sistema għandhom jaderixxu maċ-ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali stabbilit f'dak ir-reġjun. F'ċirkostanzi eċċezzjonali,fejn żona ta' kontroll ta' operatur tas-sistema ta' tranżizzjoni hija parti minn diversi żoni sinkroniċi multipli, l-operatur tas-sistema ta' tranżizzjoni jista' jipparteċipa f'żewġ ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali. Għall-konfini taż-żoni tal-offerti ħdejn reġjuni ta' tħaddim tas-sistema, il-proposta fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-mod kif għandu jsir il-koordinazzjoni bejn iċ- ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għal dawk il-konfini. Għaż-żona sinkronika tal-Ewropa Kontinentali, fejn l-attivitajiet ta' żewġ ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jistgħu jidħlu fuq xulxin f'reġjun ta' tħaddim tas-sistema, l-operaturi tas-sistema ta' trasmissjoni ta' dak ir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema għandhom jiddeċiedu li jew jaħtru ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali uniku f'dak ir-reġjun jew li ż-żewġ ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali jwettqu wħud mill-kompiti jew il-kompiti kollha ta' rilevanza reġjonali fir-reġjun ta' tħaddim tas-sistema kollu kemm hu fuq bażi ta' rotazzjoni filwaqt li kompiti oħra minn ċentru ta' koordinazzjoni reġjonali uniku maħtur.
|
|
Artikolu 36 3.
|
Fi żmien tliet xhur minn meta tasal il-proposta fil-paragrafu 1, l-ACER għandha tapprova l-proposta li tiddefinixxi r-reġjuni ta' tħaddim tas-sistema jew tipproponi li jsiru xi emendi. Fil-każ tal-aħħar, l-ACER għandha tikkonsulta lill-ENTSO għall-Elettriku qabel tadotta l-emendi. Il-proposta adottata għandha tiġi ppubblikata fis-sit web tal-ACER.
|
|
Artikolu 36 4.
|
L-operaturi tas-sistema ta' tranżizzjoni rilevanti jistgħu jippreżentaw proposta lill-ACER għall-modifika tar-reġjuni ta' tħaddim tas-sistema definiti skont il-paragrafu 1. Għandu japplika l-proċess stipulat fil-paragrafu 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0943
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|