Artikolu 38
Kooperazzjoni fi ħdan u fost iċ-ċentri operazzjonali reġjonali u bejn iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali
Il-koordinazzjoni ta' kuljum fi ħdan u fost iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali għandu jiġi ġestit permezz ta' proċessi kooperattivi fost l-operaturi tas-sistema ta' trażmizzjoni tar-reġjun, fosthom arranġamenti għall-koordinazzjoni bejn iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali meta rilevanti. Il-proċess kooperattiv għandu jkun ibbażat fuq:
(a)
arranġamenti ta' ħidma li jindirizzaw l-aspetti operazzjonali u ta' ppjanar rilevanti għall-kompiti msemmija fl-Artikolu 37;
(b)
proċedura għall-kondiviżjoni tal-analiżi u għall-konsultazzjoni tal-proposti taċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali nal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tar-reġjun ta' tħaddim tas-sistema u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u maċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali l-oħrajn, b'mod effiċjenti u inklużiv, fl-eżerċizzju tal-obbligi u tal-kompiti operazzjonali skont l-Artikolu 40;
(c)
proċedura għall-adozzjoni ta' azzjonijiet koordinati u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 42.